Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Spanja

Emerġenza

Ċempel il-112

Ministerio de Sanidad, Servicios Sociales e Igualdad (Ministeru tas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u l-Ugwaljanza)
Telefown: +34 901 400 100
Posta elettronika: oiac@msssi.es
Sit web: www.msssi.gob.es

Kura u spejjeż

Qabel tikkonsulta tabib jew sptar, kun ċert li huma parti mis-sistema pubblika tal-kura tas-saħħa, sabiex jaċċettaw il-Karta għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea.

Fuq is-sit tal-Ministeru tas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u l-Ugwaljanza għandek issib links għas-siti tal-Organiżmi Awtonomi kompetenti dwar il-Kura tas-saħħa. Dawn is-siti normalment ikollhom lista ta' ċentri Pubbliċi (sptarijiet, centros de salud) stabbiliti fit-territorju tal-Komunità Awtonoma korrespondenti.

Xi wħud mill-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa ("centro sanitario") joffru kemm kura tas-saħħa privata (li titħallas kollha mill-pazjent) u kura mill-istat (parzjalment issussidjata). F'idejk biex tgħidilhom liema trid. Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw mill-kura tas-saħħa privata ma jkunux rimborżabbli u mhumiex koperti bl-EHIC.

Tobba

  • Il-kura tas-saħħa pprovduta mill-istat hija bla ħlas. Għandek tkun taf li l-lukandi u l-operaturi tal-ivvjaġġar jistgħu xi kultant iċemplu jew jirrikmandawlek tabib privat li jżommlok il-flus.
  • Jekk ikollok bżonn issejjaħ tabib f'emerġenza, kun ċert li għandek Karta għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC) valida u staqsi għal kura tas-saħħa tal-istat (asistencia sanitaria pública jew asistencia del Sistema Nacional de Salud)
  • Jekk jitolbuk tħallas minn qabel ifisser li MA intix qed tkun ikkurat skont is-servizz tas-saħħa pubblika u li l-Karta għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea mhijiex se tiġi aċċettata.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien ġeneralment mhijex fis-sistema tal-istat. Dawn l-ispejjeż ma hemmx rimborż għalihom.

Kura fi sptar

  • Ikollok bżonn il-firma tat-tabib għal kwalunkwe kura fi sptar, ħlief fil-każ ta' emerġenza.
  • Huma l-isptarijiet pubbliċi biss li joffru l-kura bla ħlas.
  • Kun ċert li turi l-Karta għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea tiegħek meta tidħol, għax jekk le tiġi ċċarġjat bħala pazjent privat. L-ispejjeż ta' kura privata ma teħodhomx lura.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċini bir-riċetta tat-tobba fis-servizz tas-saħħa pubblika jinkisbu minn kwalunkwe spiżerija ("farmacia").
  • Jekk tista' turi li int pensjonant minn Pajjiż tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera, tiġi ċċarġjat biss persentaġġ mill-prezz tar-riċetta (ħlief għal xi eċċezzjonijiet).
  • Jekk teħtieġ mediċina wara li ħriġt mill-isptar, dan ikun indikat fir-rapport mediku tal-isptar. Trid tieħu r-rapport f'ċentru pubbliku tal-kura primarja ("Centro de salud") fejn tabib jagħmillek riċetta.

Ambulanza

  • Is-servizz tal-ambulanza jingħata bla ħlas meta pprovdut minn sptar pubbliku.

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

Ma hemm l-ebda rimborżi għax il-kura tas-saħħa pprovduta mill-istat hija bla ħlas.

Jekk kellek tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+