Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Is-Slovakkja

Is-Sistema Integrata ta' Salvataġġ

Ċempel il-112

Emerġenza

Ċempel il-155

Úrad pre dohľad nad zdravotnou starostlivosťou (L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-Kura tas-Saħħa)
Žellova 2
SK - 829 24 Bratislava 25
Telefown: +421 2 20 856 226

Kura u spejjeż

 

Tobba

  • Biex tisfrutta tajjeb il-Karta Ewropea għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa, trid tara tabib li jaħdem taħt is-sistema tal-assikurazzjoni tas-saħħa pubblika Slovakka.
  • Jista' jagħti l-każ li jkollok tħallas miżata. Din ma tiġix rimborżata fis-Slovakja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Dentisti

  • Biex tisfrutta tajjeb il-Karta Ewropea għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa, trid tara dentist li jaħdem taħt is-sistema tal-assikurazzjoni tas-saħħa pubblika Slovakka.
  • Il-kura ta' emerġenza tas-snien hi normalment bla ħlas, iżda dan jiddependi mill-materjal li juża d-dentist.
  • Għall-kura l-oħra tas-snien ikollok tħallas. Din ma tiġix rimborżata fis-Slovakja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Kura fi sptar

  • Il-kura ta' emerġenza hi disponibbli fid-dipartiment tal-aċċidenti u l-emerġenza ta' kwalunkwe sptar. M'hemmx bżonn ta' karta mit-tabib.
  • Is-servizzi u l-mediċini huma normalment bla ħlas, iżda jista' jkun hemm miżati sostanzjali li mhumiex rimborżabbli għal proċeduri kumplessi. Dawn ma jiġux rimborżati fis-Slovakja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Riċetti tat-tabib

  • Trid tħallas miżata standard għal kull riċetta.
  • Jista' jkollok tħallas parti mill-ispiża tal-mediċini jekk ma jkunux koperti mill-iskema tal-assikurazzjoni tas-saħħa pubblika. Din ma tiġix rimborżata fis-Slovakja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • L-ispiżeriji għandhom lista ta' mediċini sussidjati.

Ambulanza

  • Bla ħlas

Ambulanza bl-ajru

Rimborż

Ma hemmx sistema ta' rimborż fis-Slovakja.

Jekk kellek tħallas għall-kura, ikkuntattja l-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek biex titlobhom ir-rimborż.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+