Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Ir-Rumanija

Emerġenzi

Ċempel il-112

Casa Nationala de Asigurari de Sanatate (Assikurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali)
Tel: +40 372 309 250; +40 372 309 105

Treatment, coverage & costs

Tobba

  • Sabiex tieħu l-kura tas-saħħa meħtieġa bil-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC), għandek tmur għand tabib ġenerali jew speċjalista li jaħdem ma' fornitur tal-kura tas-saħħa rikonoxxut mill-Assigurazzjoni Nazzjonali tas-Saħħa (Casa Naţională de Asigurări de Sănătate ("CNAS")) jew l-uffiċċji lokali tagħha.
  • L-indirizzi tal-fornituri rikonoxxuti tal-kura tas-saħħa jinkisbu meta tistaqsi għalihom minn CNAS.
  • Il-kura tas-saħħa li tirċievi bl-EHIC tiġi rimborżata minn CNAS jew l-uffiċċji lokali tagħha lill-fornitur tal-kura tas-saħħa li wettaq il-kura.

Dentisti

  • Sabiex tieħu l-kura dentali meħtieġa bil-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC), għandek tmur għand dentist rikonoxxut minn CNAS jew l-uffiċċji lokali tagħha. L-indirizzi tal-fornituri rikonoxxuti tal-kura dentali jinkisbu meta tistaqsi għalihom minn CNAS.
  • Il-kura dentali tingħata biss għal servizzi dentali ta' emerġenza. Dawn is-servizzi ta' kura dentali ta' emerġenza jiġu rimborżati minn CNAS.

Kura fi sptar

  • Sabiex tieħu l-kura fi sptar bil-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC), għandek tmur fi sptar rikonoxxut minn CNAS.
  • Dawk li għandhom EHIC għandhom id-drittijiet li ġejjin fir-rigward tal-kura tas-saħħa fi sptar:
    • Kura tas-saħħa in-patient għal:
      • emerġenzi mediċi jew kirurġiċi fejn il-ħajja tal-pazjent tkun fil-periklu jew fejn il-pazjent ikun f'dan it-tip ta' riskju, sakemm ma jkunx hemm aktar emerġenza;
      • mard potenzjali li jittieħed li jeħtieġ iżolazzjoni/kwarantina sakemm il-kwistjoni tkun kompletament solvuta;
      • twelid.
    • Kura tas-saħħa out-patient għal
      • emerġenzi mediċi u kirurġiċi
      • mard li ma jeħtieġix iżolazzjoni/kwarantina.

Dawn it-tipi ta' kura waqt li pazjent ikun l-isptar jiġu rimborżati mill-uffiċċju lokali ta' CNAS li miegħu jkun affiljat l-isptar.

Riċetti tat-tabib

  • Dawk li għandhom EHIC għandhom dritt għal medikazzjoni kemm bil-kontribuzzjoni personali kif ukoll mingħajrha abbażi ta' riċetta medika maħruġa minn tabib u aċċettata fi spiżerija rikonoxxuta minn CNAS.
  • It-tobba jistgħu jippreskrivu medikazzjoni minn ċerta lista (listi sekondarji A, B u C). CNAS tagħti sa 90% mill-prezz ta' referenza tal-mediċini fil-lista sekondarja A; 50% għal dawk fil-lista sekondarja B u 100% għal mediċini fil-lista sekondarja C.

Għajnuna u trasport mediku ta' emerġenza

Dawk li għandhom EHIC għandhom id-drittijiet li ġejjin:

  • Konsultazzjonijiet ta' emerġenza id-dar għal emerġenzi mediċi jew kirurġiċi
  • Trasport tas-saħħa mhux assistit:
    • Trasport tat-tim ta' konsultazzjonijiet mediċi u fil-każijiet fejn il-pazjent jeħtieġ kura tas-saħħa ta' speċjalista li ma tistax tingħata d-dar iżda ma jkunx f'kundizzjoni kritika, it-trasport tal-pazjent u/jew l-istaff mediku sal-unità tal-kura tas-saħħa.
    • Fil-każ ta' mewt, it-trasport lejn iż-żewġ naħat għat-tabib biex jiddetermina l-mewt nhar ta' Ġimgħa, Sibt u Ħadd u fil-btajjel pubbliċi u biex joħroġ ċertifikat tal-mewt kif previst mil-liġi.

Dawn is-servizzi tal-kura tas-saħħa mediċi huma pprovduti minn unitajiet speċjalizzati privati f'kuntratt mal-assikurazzjoni tas-saħħa.

Ambulanza

Ambulanza bl-ajru

  • Servizzi tal-ambulanza tal-ajru jiġu pprovduti fit-territorju Rumen u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza estremi biss.

Reimbursement

  • Is-servizzi tal-kura tas-saħħa normalment ikunu b'xejn, għalhekk m'hemmx sistema ta' rimborż għal min ikollu l-kard.
  • Pagamenti addizzjonali (li jitħallsu direttament mid-detenturi tal-EHIC):
    • Il-valur tas-servizzi mediċi mhuwiex inkluż fl-intitolamenti tad-detenturi tal-kard tal-EHIC;
    • Il-valur tas-servizzi mediċi mogħti mill-fornituri li ma jkunux rikonoxxuti minn CNAS (ma jkollhomx ftehim kuntrattwali mal-korp tal-assikurazzjoni tas-saħħa);
    • F'każ ta' ospitalizzazzojni, il-valur tas-servizzi tal-kamra - akkomodazzjoni u/jew ikel - b'livell għoli ta' kumdità 'l fuq mill-kumdità standard, mogħti għax talab għalih il-pazjent. Għal sptarijiet bis-sodod, kemm pubbliċi kif ukoll privati, il-kontribuzzjoni personali tal-assigurat għal dawn is-servizzi hu ta' massimu ta' 300 lei kuljum.
    • Għal kura medika fl-isptar mogħtija waqt ospitalizzazzjoni kontinwa, l-isptarijiet jiġbru kopagament - l-informazzjoni dwar il-kopagament tinstab taħt "Informazzjoni dwar il-kopagament fil-pajjiż," hawn taħt.
    • Il-valur ta' medikazzjoni li ma taqax fis-sistema tal-assikurazzjoni tas-saħħa;
    • Il-valur tal-medikazzjoni maħruġa mill-ispiżeriji li mhumiex awtorizzati minn CNAS;
    • Il-kontribuzzjoni personali lejn medikazzjoni bir-riċetta. Dan hu l-ammont li jirrappreżenta d-differenza sal-livell tal-prezz tal-bejgħ u jintrafa' mid-detentur tal-EHIC kif ġej:
      • skont il-kategorija tal-listi sekondarji, 10% sa 50% mill-prezz ta' referenza jitħallas mid-detentur tal-EHIC;
      • l-ammont jaqbeż il-prezz ta' referenza sal-livell tal-prezz tal-bejgħ.

Information on co-payment

  • Għal servizzi mediċi fi sptar mogħtija waqt trattament in-patient; il-livell ta' kopagament jiġi stabbilit minn kull unità tal-isptar bis-sodod u għaldaqstant jista' jvarja: il-livell minimu huwa ta' 5 lei, u l-massimu ta' 10 lei;
  • Il-kopagament ma jissarrafx għas-servizzi mediċi tal-isptar jekk l-ospitalizzazzjoni kienet emerġenza.

How to get dialysis, oxygen therapy and chemotherapy?

Dijaliżi

  • Dawk li għandhom EHIC jistgħu jibbenefikaw minn djaliżi bl-istess kundizzjonijiet bħal persuni assigurati skont l-assikurazzjoni tal-kura tas-saħħa fir-Rumanija;
  • Fil-programm nazzjonali ta' provvista ta' dijaliżi għal pazjenti b'waqfien kroniku tal-kliewi, is-servizzi ta' djaliżi huma assigurati, inklużi l-medikazzjoni għal materjal mediku spċifiku, investigazzjonijiet mediċi parakliniċi, trasport privat għal pazjenti bi djaliżi kemm minn u lejn ir-residenza tagħhom, konsenja kull xahar ta' mediċini u materjali ta' dijaliżi peritoneali speċifiċi għand il-pazjent.
  • Is-servizzi ta' dijaliżi huma assigurati meta jiġu konsenjati minn fornituri pubbliċi jew privati rikonoxxuti minn CNAS.

Terapija tal-ossiġnu

  • Id-detenturi tal-EHIC jistgħu jibbenefikaw minn terapija tal-ossiġnu waqt li jkunu fl-isptar jekk jirċievu għajnuna medika għal ospitalizzazzjoni kontinwa.
  • Din it-tip ta' assistenza medika tiġi rimborżata minn CNAS.
  • Il-kondizzjonijiet deskritti taħt "Kura fi sptar" huma applikabbli.

Il-kimoterapija

  • Dawk li għandhom EHIC jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċifiku għal pazjenti b'mard onkoloġiku skont il-Programm sekondarju tat-trattament ta' pazjenti b'mard onkoloġiku li jassigura ċ-ċitostatiċi, l-immunomodulaturi, l-ormoni, il-fatturi tat-tkabbir u l-inibituri tal-osteoclastiċi;
  • Il-medikazzjoni tingħata skont riċetta medika li tinħareġ minn tabib speċjalizzat rikonoxxut minn CNAS, permezz ta' spiżeriji ta' unitajiet mediċi inklużi fil-programm sekondarju, jew spiżeriji ta' ċirkwit miftuħ. It-tobba jippreskrivu l-medikazzjoni minn ċerta lista - l-hekk imsejħa lista C2.
  • Listi ta' unitajiet mediċi, spiżeriji ta' ċirkwit miftuħ u speċjalizzati rikonoxxuti minn CNAS huma aċċessibbli mis-sit web ta' CNAS.

Loss of card

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fir-Rumanija

Casa Nationala de Asigurari de Sanatate (Assikurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali )
+40 372 309 236
Email: relpubl1@casan.ro


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+