Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Portugall

Emerġenza

  • Ċempel 112
  • Ċempel 808 24 24 24 (SNS 24 – Centro de Contacto)
  • Tista' tmur direttament
    • fiċ-ċentri tas-saħħa pubbliċi (Centros de Saúde)
    • fis-servizzi 24 siegħa kuljum (Serviços de Atendimento Permanente)
    • fl-isptarijiet (f'emerġenza)
  • Sit web tas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali (bil-Portugiż)

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba / Dentisti / Kura fi Sptar

  • B'mod ġenerali, il-kura tas-saħħa pubblika hi bla ħlas. F’xi każijiet, madankollu, tista’ titħallas tariffa standard f’emerġenza fl-isptar, meta l-pazjenti ma jkunux ġew riferuti minn unità tal-kura tas-saħħa primarja jew mil-linja ta’ kuntatt tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa.
  • Hemm għadd limitat ta’ servizzi pubbliċi tal-kura tas-snien, u trid tħallas tariffa standard skont it-trattament. Il-kura tas-snien bażika hi disponibbli għal ċerti gruppi eleġibbli, inklużi t-tfal, u hi parzjalment appoġġjata mill-Programm tal-Promozzjoni Nazzjonali tas-Saħħa Orali. Dan il-programm japplika biss għar-residenti li huma benefiċjarji tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa.

Riċetti tat-tabib

  • Parti mill-ispiża tal-mediċini elenkati fil-"Lista Uffiċjali ta' Mediċini Sussidjati mis-Servizzi tas-Saħħa" hija koperta mill-Istat. Ikollok tħallas dak li mhux kopert mill-ewwel. Il-proporzjon tvarja bejn 10% u 85% tal-prezz.
  • Normalment, l-ispiżeriji jkunu miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9:00 sas-13:00, u mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-15:00 sas-19:00. Is-Sibtijiet huma miftuħin mid-9:00 sas-13:00.
  • Tista' ssib listi ta' spiżeriji li jipprovdu servizz ta' 24 siegħa fi kwalunkwe spiżerija u online fuq Infarmed.pt (bil-Portugiż)

Ambulanza

  •  It-trasport bl-ambulanza f’sitwazzjoni ta' emerġenza hu inkluż fl-għoti tal-kura, peress li hu appoġġjat mill-isptar li jagħti t-trattament. Hu disponibbli wkoll it-trasport mhux urġenti ta' pazjent, li jista’ jintuża f’ċerti sitwazzjonijiet, bħall-ivvjaġġar mill-post fejn wieħed joqgħod sal-unità fejn il-pazjent ikollu s-sessjoni tad-dijalisi tad-demm jew meta l-pazjent ma jkollux mezz alternattiv ta’ trasport.

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

  • Ma tistax tiġi rimborżat waqt li tkun fil-Portugall.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek meta tmur lura f'pajjiżek u itlob għal rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Il-kura tas-saħħa taħt is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa Portugiż (NHS) normalment tkun bla ħlas, għalkemm tista’ tintalab tħallas tariffa standard f’emerġenza fl-isptar, meta l-pazjenti ma jkunux ġew riferuti minn unità tal-kura tas-saħħa primarja jew mil-linja ta’ kuntatt tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa.
  • It-tfal sa 18-il sena u n-nisa tqala huma eżentati. Hemm ukoll eċċezzjonijiet oħrajn.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Fil-prinċipju, irid ikun hemm arranġamenti minn qabel il-vjaġġ u bejn il-persuna bl-assigurazzjoni u l-isptar/l-unità li se jipprovdi/tipprovdi l-kura sabiex ikun żgurat li l-kura hi disponibbli waqt iż-żjara tal-persuna bl-assigurazzjoni fil-Portugall.
  • Hi meħtieġa riċetta jew rapport mediku li jikkonferma l-marda kronika.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill-awtorità tas-saħħa reġjonali (ARS) rilevanti, li tista’ tagħtik lista tal-fornituri tal-kura tas-saħħa li għandhom ftehim mas-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali.


Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Portugall

Instituto da Segurança Social, IP

Unidade de Coordenação Internacional

Avenida 5 de Outubro, 175

1069-451 Lisboa Tel.

Tel: + 300 511 045

www.seg-social.pt/pedido-cartao-europeu-seguro-doenca

Email: ISS-Internacionais@seg-social.pt

Ixxerja din il-paġna