Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Il-Polonja

Emerġenza

Ċempel id-999 jew il-112
Centrala Narodowego Funduszu Zdrowia (NFZ) - (Uffiċċju Ċentrali tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa - Dipartiment għall-Affarijiet Internazzjonali) (bil-Pollakk biss)
Tel: +48 (22) 572 62 68
Email: ca17@nfz.gov.pl

Kura, kopertura u spejjeż

F'emerġenza

F'każ ta' theddida għal saħħtek f'ħin bla waqt, jiġu pprovduti servizzi mediċi ta' emerġenza minn tim tas-servizzi mediċi ta' emerġenza jew minn team ta' servizzi mediċi ta' emerġenza bl-ajru. Kura, mediċini, trasport bl-ambulanza huma bla ħlas.

Għas-servizzi kollha tal-kura tas-saħħa l-oħrajn, fittex il-logo tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa (NFZ) biex issib provveditur tal-kura tas-saħħa li jaħdem skont is-sistema tal-istat.

Tobba – il-kura tas-saħħa primarja

  • Il-kliniki tat-tobba jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8 ta' filgħodu sas-6 ta' filgħaxija.
  • Wara s-6 p.m. matul il-ġimgħa, fil-weekends u fil-vaganzi, kura medika matul 24 siegħa hi disponibbli mis-servizzi tal-kura tas-saħħa li jaħdmu b'kuntratt għall-NFZ sabiex jipprovdu parti mill-kura ta' billejl u tal-vaganzi.
  • Tista' ssib l-indirizzi kif ukoll in-numri tat-telefown:
    • fis-sit web tal-NFZ (bil-Pollakk biss),
    • fi kliniċi u f'surgeries tat-tobba li jipprovdu kura tas-saħħa primarja b’kuntratt mal-NFZ.

Dentisti

  • Billi d-dentisti spiss joffru kemm kura pubblika kif ukoll privata, is-servizzi pubbliċi jistgħu ma jkunux disponibbli fil-ġranet kollha tal-ġimgħa. Is-surgeries tad-dentisti għandhom jiddikkjaraw il-ġranet u l-ħinijiet meta s-servizzi pubbliċi huma disponibbli - iċċekkja minn qabel.
  • Lista ta' servizzi u ta' materjali pprovduti bla ħlas skont il-liġi Pollakka hi disponibbli fis-surgeries tad-dentisti. Dentisti mhumiex awtorizzati li jimponu kwalunkwe tariffa addizzjonali għall-benefiċċji elenkati. Madankollu, ikollok tħallas għal kull kura u/jew materjali li mhumiex fil-lista. L-ispejjeż ma jiġux rimborżati fil-Polonja.

Kura fi sptar

  • Jeħtieġlek riferiment minn tabib biex tiddaħħal l-isptar, sakemm ma timradx f'ħin bla waqt jew ma tkunx involut f'aċċident jew emerġenza oħra.
  • Mur fi sptar li għandu kuntratt mal-NFZ (il-parti l-kbira tal-isptarijeit). Il-logo tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa normalment ikun jidher fuq il-bini.
  • Tista' wkoll tistaqsi l-fergħa reġjonali tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa għall-għajnuna biex issib il-provveditur xieraq tal-kura tas-saħħa jew tfittxu fuq is-sit web tal-NFZ (bil-Pollakk biss).
  • L-operazzjonijiet, it-testijiet dijanjostiċi u l-mediċini huma bla ħlas waqt li tkun fl-isptar.

Riċetti tat-tabib

  • Uri r-riċetta u l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek fl-ispiżerija.
  • Għall-biċċa l-kbira tal-mediċini bażiċi jkollok tħallas ammont b'rata fissa. Mediċini oħra huma rimborżati f'rati differenti sa ċertu limitu u jkollok tħallas il-bilanċ. L-informazzjoni ġenerali dwar ir-rimborż hi disponibbli bl-Ingliż u bil-Pollakk fuq is-sit web tal-Ministeru tas-Saħħa.
  • Jekk il-mediċina tiegħek mhix fuq il-lista ta' mediċini rimborżabbli, trid tħallas il-prezz kollu.

Rimborż

Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-provveditur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.null
  • Servizzi mogħtija minn ċentri tal-kura medika, faċilitajiet ta' infermerija u tal-kura jew istituzzjonijiet tar-riabilitazzjoni medika – ikollok tħallas l-ispejjeż tal-ikel u tal-akkomodazzjoni.
  • Kura fi spa – ikollok tħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel. Dan l-ammont jiddependi fuq l-istandard tal-kamra tiegħek. L-ammont dovut hu ddeterminat mill-Ministeru tas-Saħħa.
  • Trasport – int intitolat għal trasport bl-ambulanza (inkluż it-trasport bl-ajru) sal-eqreb unità tal-kura tas-saħħa u lura:
    • fil-każ ta' aċċident jew emerġenza
    • jekk dan ikun ordnat minn tabib kopert b’assigurazzjoni tas-saħħa jew tabib / kirurgu ffinanzjat mill-Istat, fil-każijiet li ġejjin:
      • Jiġi deċiż jekk għandekx bżonn kura immedjata f'istituzzjoni tal-kura tas-saħħa.
      • Jeħtieġlek iżżomm il-kura eżistenti, u tnaqqsitlek il-mobbiltà tiegħek, għalhekk ma tistax tuża t-trasport pubbliku.

F’każijiet li mhumiex elenkati hawn fuq, ikollok tħallas 60% jew 100% tal-ispejjeż.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Irid ikollok riferiment mit-tabib li jkun qed jarak taħt l-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fil-Polonja

Centrala Narodowego Funduszu Zdrowia (NFZ) - Departament Współpracy Międzynarodowej

Tel: +48 (22) 572 62 68
Email: ca17@nfz.gov.pl


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+