Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kif tuża l-karta - Malta

Emerġenza
Ċempel il-112

Istituzzjoni Kompetenti
Il-Ministeru għas-Saħħa - id-Dipartiment għall-Politika fis-Saħħa
Tel: +356 25952400
Email: entitlement.health@gov.mt

Għal mistoqsijiet dwar il-kura tas-saħħa waqt li tkun Malta, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Dipartiment tal-Politka tas-Saħħa - Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
Ground Floor
Ex-Outpatients' Block
Sptar San Luqa
G’Mangia PTA 1010
Tel: +356 2595 2400
email: entitlement.health@gov.mt
Sit web: www.ehic.gov.mt


Kura, kopertura u spejjeż

Jekk teħtieġ kura medika urġenti/neċessarja waqt li tkun qed toqgħod Malta b'mod temporanju, jekk jogħġbok ippreżenta Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) valida. Il-kard tagħtik aċċess għal kura tas-saħħa pprovduta mill-istat fiċ-ċentri tas-saħħa pubblika elenkati hawn taħt.

Jekk qed tippjana li tibqa’ f’Malta għal aktar żmien (pereżempju bħala ħaddiem stazzjonat jew pensjonant) għandek iġġib formola S1 minn pajjiżek u tirreġistraha mal-istituzzjoni tas-saħħa kompetenti f’Malta. Wara li tirreġistra l-formola S1, se tingħata “Ċertifikat ta’ Intitolament”. Għandek tippreżenta ċ-Ċertifikat ta’ Intitolament kull meta jkollok bżonn l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa.

Servizzi Mediċi

  • Is-servizzi mediċi jingħataw bla ħlas fl-isptarijiet tas-saħħa pubblika u fiċ-ċentri tal-kura tas-saħħa lill-persuni kollha bl-assikurazzjoni jew li huma koperti mill-kopertura tal-kura tas-saħħa meta jippreżentaw dokumentazzjoni valida.
  • Trid tippreżenta Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) valida jew Ċertifikat ta' Sostituzzjoni Provviżorju meta tuża s-servizzi pprovduti minn dawn il-faċilitajiet.
  • Jekk ma tippreżentax wieħed minn dawn id-dokumenti, se jkollok tħallas għas-servizzi mogħtija mis-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa f’Malta.
  • Ċentri tas-saħħa pubbliċi f'Malta

Dentisti

  • Il-kura tas-snien ta' emerġenza tingħata bla ħlas fl-Isptar Mater Dei l-Imsida u fiċ-ċentri tas-saħħa.
  • Il-kura tas-saħħa ta' rutina u mhux urġenti tingħata privatament. Se jkollok tħallas int għal dawn it-tipi ta’ kura tas-snien. Dawn l-ispejjeż ma jiġux rimborżati.

Kura fi sptar

  • Il-kura ta' emerġenza akuta tingħata fi
  • Fil-każ ta' emerġenza akuta,
    • ċempel il-112 għal ambulanza, jew
    • mur dritt fid-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jew fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Riċetti tat-tabib

  • Kwalunkwe mediċina miktuba matul kura in-patient, u għall-ewwel tlett ijiem wara li toħroġ mill-isptar, hija bla ħlas.
  • Ikollok tħallas il-prezz sħiħ għal kwalunkwe mediċina miktuba wara dan il-perjodu. Dawn l-ispejjeż ma jiġux rimborżati.

Ambulanza

  • F'każ ta' emerġenza, it-trasport bl-ambulanza lejn l-isptar hu kopert mill-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC)

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Tfittxija għas-Siti dwar is-Saħħa


Rimborż

  • Jekk teħtieġ tiġi rimborżat għal xi spejjeż imġarrba għall-kura medika mogħtija mis-Sistema tal-Kura tas-Saħħa waqt li kont Malta, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministeru tas-Saħħa
Dipartiment tal-Politka tas-Saħħa - Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
Direttorat tal-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa
Ground Floor
Ex-Outpatients' Block
Sptar San Luqa
G’Mangia PTA 1010
Tel: +356 2595 2400
email: entitlement.health@gov.mt


Kontribuzzjoni tal-pazjent

F'Malta l-kura tas-saħħa pubblika tingħata bla ħlas lill-persuni kollha intitolati, sakemm jippreżentaw dokumentazzjoni valida.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Jekk dawn is-servizzi jkunu meħtieġa waqt il-permanenza tiegħek f'Malta, għandek tikkuntattja lill-fornituri tas-servizz biex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa qabel ma tasal Malta kif ġej.

  • Dijaliżi renali - Ikkuntattja lill-Isptar Mater Dei: Unità Renali - Taqsima ta' Merħba: +356 2545 6090; Taqsima tal-Emodijaliżi: +356 2545 6079 / +356 2545 6080; Taqsima tad-dijaliżi periteonali: +356 2545 6096
  • Terapija tal-Ossiġenu - Ikkuntattja lill-Isptar Mater Dei: Servizzi Farmaċewtiċi – +356 2545 6514
  • Kimoterapija - Ikkuntattja iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo - Żona ta' Merħba: +356 2545 2360 / 1 

Kif napplika għal EHIC?

Tista’ tapplika għal EHIC permezz tas-siti web li ġejjin


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet f'Malta

  • F’każ li ma tkunx tista’ tippreżenta l-EHIC tiegħek, għandek tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti biex tipprovdilek Ċertifikat Temporanju ta’ Sostituzzjoni li tkun tista’ tippreżentah lill-Fornitur tas-Servizz.
  • Jekk ma tistax tissottometti talba għar-rimborż matul is-soġġorn tiegħek, ikkuntattja l-istituzzjoni tas-saħħa kompetenti hekk kif tmur lura pajjiżek biex it-talba tiegħek tiġi pproċessata.