Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Lussemburgu

Emerġenza

Caisse nationale de santé (Il-Fond tas-Saħħa Nazzjonali tal-Lussemburgu)
Tel: + 352 27 57 - 1 
Email: cns@secu.lu

 


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Tista’ tmur għand liema tabib trid. It-tobba kollha li huma awtorizzati jaħdmu l-Lussemburgu għandhom kuntratt awtomatiku mal-Caisse nationale de santé (CNS).
  • L-ispejjeż tat-tabib ivarjaw. Kun ċert li tingħata rċevuta għall-ammont kollu li tħallas.
  • M’għandekx bżonn tiġi riferut minn tabib biex tmur għand speċjalista.
  • Trid tippreżenta l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida tiegħek.

Dentisti

  • Tista' tmur għand liema dentist trid peress li kollha jaħdmu taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika.
  • Jingħata rimborż sħiħ għall-kura tas-snien sa €75.46. Jekk ikun mod ieħor, il-kura tas-snien tiġi rimborżata bir-rata ta' 88% għall-adulti u 100% għat-tfal ta’ taħt it-18-il sena. Japplikaw rati u kundizzjonijiet speċifiċi ta' rimborż għall-protesijiet tas-snien.
  • Għal xi tipi ta’ kura tas-snien irid ikollok l-approvazzjoni tas-CNS minn qabel.
  • F’ċerti sitwazzjonijiet, it-tobba u d-dentisti jistgħu jitolbu tariffi addizzjonali għall-konvenjenza personali (kodiċijiet CP), sakemm il-persuna assigurata tkun ġiet infurmata minn qabel u tkun tat il-kunsens tagħha. It-tariffi addizzjonali għall-konvenjenzi personali mhumiex rimborżati mis-CNS; il-persuna assigurata trid tħallas l-ispiża kollha tagħhom.

Kura fi sptar

  • L-isptarijiet kollha tal-Lussemburgu għandhom kuntratt mal-Caisse nationale de santé (CNS). Madankollu, trid tippreżenta l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida tiegħek meta tidħol l-isptar.
  • Għall-kura fi sptar, il-pazjenti li jkunu qed jieħdu kura in-patient iħallsu tariffa standard kuljum li ma tiġix rimborżata.
  • Din it-tariffa standard kuljum ma tapplikax għal tfal taħt it-18-il sena.
  • Din it-tariffa standard kuljum ma tapplikax għal ommijiet fl-ewwel 12-il jum wara li jkunu welldu.
  • Jista' jkun hemm ukoll tariffa pagabbli direttament lit-tabib li jkun qed jagħti l-kura, li mbagħad trid tiġi ppreżentata lis-CNS għar-rimborż.
  • Trid tħallas għal kwalunkwe ħaġa apparti, pereżempju kamra għal persuna weħidha.

Riċetti tat-tabib

  • Tista' tmur bir-riċetta tat-tabib f'liema spiżerija trid fil-Lussemburgu.
  • Xi riċetti tat-tabib iridu jkunu awtorizzati mill-Caisse nationale de santé (CNS) qabel ma tingħata l-mediċina.
  • L-ammont rimborżabbli jiddependi mill-mediċini meħtieġa. Għaldaqstant għandek tistaqsi t-tabib jekk hemmx bżonn li tikkuntattja lis-CNS.
  • Il-mediċini huma koperti bir-rata ta’ 40%, 80% jew 100%, jekk ikunu inklużi fil-lista ta’ mediċini, aġġornata u ppubblikata kull xahar.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza (mogħti mis-Servizzi tal-Għajnuna Medika ta’ Emerġenza - SAMU) hu bla ħlas għall-persuni li jkollhom Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida jew ċertifikat ta' sostituzzjoni.
  • It-trasport mhux urġenti mis-servizzi pubbliċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat jew tal-muniċipalitajiet hu kopert sa 70% tal-kontijiet. It-trasport mhux urġenti minn kwalunkwe tip ieħor ta’ servizz ta’ ambulanza hu kopert sa 70% tal-kontijiet, li jiġi stabbiliti fuq il-bażi ta' €1.29/km, b'ammont minimu ta' €39.07 għal kull vjaġġ. It-trasport li jwasslek l-isptar jew jieħdok lura mill-isptar biss hu kopert u r-riċetta tat-tabib trid tindika li, għal raġunijiet mediċi, il-pazjent irid jinġarr mimdud jew f'pożizzjoni fejn ma jiċċaqlaqx.

Ambulanza bl-ajru

  • It-trasport bl-ambulanza tal-ajru f'każ ta' emerġenza hu bla ħlas għall-persuni li jkollhom Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida jew ċertifikat ta' sostituzzjoni.

Rimborż

Talba għar-rimborż għandha tiġi indirizzata lill-Fond tas-Saħħa Nazzjonali tal-Lussemburgu (Caisse nationale de santé – CNS).

Caisse nationale de santé (CNS)
Tel: + 352 27 57 - 1
Email: cns@secu.lu

  • Jista' jagħti l-każ li ma tiħux il-flus kollha lura, għax hemm xi kura tas-saħħa koperta mill-istat fil-Lussemburgu li trid titħallas parzjalment mill-pazjent.
  • Trid tibgħat il-kont oriġinali u prova ta' pagament lis-CNS biex tiġi rimborżat. Meħtieġa wkoll kopja tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, l-indirizz ta’ residenza u d-dettalji tal-bank tiegħek (f’għamla ta’ ċertifikat tad-dettalji bankarji jew relevé d'identité bancaire, RIB, maħruġa mill-bank tiegħek). Tintbagħatlek konferma tar-rimborż fl-indirizz tad-dar tiegħek.
  • Żomm kopji ta' kull ma tibgħat.
  • Jekk ma rnexxilekx tibgħat talba waqt iż-żjara tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Appuntament mat-tabib – It-tariffi biex tara tabib ivarjaw. Skont it-tariffi uffiċjali, il-kopertura normalment hi 88% għall-adulti u 100% għat-tfal u ż-żgħażagħ taħt it-18-il sena. Kun ċert li tingħata rċevuta għall-ammont kollu li tħallas.
  • Vista tat-tabib id-dar – L-adulti jridu jħallsu 20% tal-ispiża minima ta' vista d-dar.
  • Għall-kura l-isptar, il-pazjenti in-patient iħallsu tariffa standard kuljum mhux rimborżabbli ta' €24.88 (din it-tariffa standard kuljum ma tapplikax għat-tfal taħt it-18-il sena. Barra minn hekk, hi limitata għal massimu ta' 30 jum kull sena kalendarja).
  • Trattament tas-snien - Lil hinn minn ammont annwali ta' €75.46 li hu kompletament rimborżabbli, il-kura tas-snien tiġi rimborżata bir-rata ta' 88% għall-adulti u 100% għat-tfal ta’ taħt it-18-il sena. Japplikaw rati u kundizzjonijiet speċifiċi ta' rimborż għall-protesijiet tas-snien.
  • Oħrajn: ara t-taqsimiet "Trattament, kopertura u spejjeż"

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija


Kif napplika għal EHIC?

Il-persuni assigurati fil-Lussemburgu jistgħu jordnaw l-EHIC tagħhom billi jużaw formola elettronika ta’ applikazzjoni.


Fejn jaċċettaw l-EHIC

It-tobba kollha li huma awtorizzati jaħdmu l-Lussemburgu għandhom kuntratt awtomatiku mal-Caisse nationale de santé (CNS).


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Lussemburgu

Caisse nationale de santé
Tel: + 352 27 57 - 1
Email: cns@secu.lu

Ordna waħda billi tuża l-formola ta' kuntatt.

Ixxerja din il-paġna