Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Additional tools

Tiftix Avvanzat

Trattament mediku barra l-pajjiż - Il-Latvja

Emerġenza

Ċempel il-113

Ikkuntattjana

Nacionālais veselības dienests (Is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa)
Τel: +371 67043700
E-mail: nvd@vmnvd.gov.lv

Kura u spejjeż

Tobba

  • Tiġi ċċarġjat miżata standard żgħira meta tmur għand it-tabib. Tfal taħt it-18-il sena u nisa tqal li qed jieħdu l-kura relatata mat-tqala ma jħallsu xejn.
  • Biex tmur għand speċjalista, irid jibagħtek it-tabib.
  • Il-miżata standard ma titħallasx lura fil-Latvja iżda tista' tipprova tikseb rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien mhijiex koperta, ħlief għat-tfal sa 18-il sena li għandhom il-kura b'xejn.

Kura fi sptar

  • Il-pazjenti ma jħallsu xejn għall-emerġenzi jew il-kura intensiva. It-tfal taħt it-18-il sena ma jħallsux u lanqas il-kura marbuta mat-tqala jew il-ħlas jew id-djaliżi
  • Hemm miżata x'titħallas għal dawk li jieħdu kura inpatient wara riferiment tat-tabib. Hemm spejjeż apparti għall-eżamijiet djanjostiċi. Dawn ma tistax titħallas lura għalihom fil-Latvja iżda tista' tipprova tikseb rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċini huma parzjalment koperti jekk ikollok ir-riċetta tat-tabib. L-ammonti li jibqagħlek tħallas ma teħodhomx lura fil-Latvja iżda tista' tipprova tikseb rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza

  • Is-servizzi tal-ambulanza huma bla ħlas meta jintalbu mis-"servizz nazzjonali tal-kura medika immedjata".

Ambulanza bl-ajru

  • Is-servizzi tal-ambulanza huma bla ħlas meta jintalbu mis-"servizz nazzjonali tal-kura medika immedjata".

Rimborż

Fil-Latvja ma hemmx sistema ta' rimborż. għandek teħel biss il-parti tiegħek mill-kontribuzzjoni. Jekk il-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek ma jkollux kuntratt mas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa jew jekk inti ma tistax tuża l-karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC), inti tiġi ċċarġjat bħala pazjent privat. Dawn l-ispejjeż ma tistax teħodhom lura fil-Latvja.

Jekk kellek tħallas għall-ispiża tal-kura tiegħek, għandek tikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek meta tmur lura f'pajjiżek u titlob il-flus lura.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+