Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - L-Italja

Emerġenza

  • Ċempel il-118 (bla ħlas)

    Professjonist tas-saħħa jevalwa l-livell ta' urġenza u jirrakkomanda l-passi li għandhom jittieħdu.

Il-Ministeru tas-Saħħa

Email: urpminsalute@sanita.it

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek, trid tara tabib irreġistrat mas-servizz tas-saħħa nazzjonali Taljan (Servizio Sanitario Nazionale – SSN).
  • Jaf ikollok tħallas tariffa għal xi servizzi. Din ma tiġix rimborżata fl-Italja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
  • Il-kliniki pubbliċi tal-SSN jiftħu matul il-ġimgħa. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma normalment minn filgħodu sa wara nofsinhar. Il-kliniki tal-isptarijiet tal-SSN huma miftuħin kuljum għall-emerġenzi.
  • Jekk tinsab l-Italja u jkollok inċident fuq il-post tax-xogħol, għandek tinforma lit-tabib fil-Kamra tal-Emerġenzi u lil min iħaddmek biex ikunu jistgħu jirrappuraw l-inċident lill-INAIL (Istituto Nazionale di Assicurazione contro gli Infortuni sul Lavoro).
  • Jekk taħseb li għandek marda professjonali, żur l-uffiċċju tal-INAIL l-iktar qrib tiegħek.

Dentisti

  • Il-biċċa l-kbira tad-dentisti jaħdmu mal-"privat", jiġifieri m'għandhomx kuntratt mal-SSN u ma jaċċettawx il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea. Ikollok tħallas għas-servizzi tagħhom.
  • F'każijiet rari ħafna, hu possibbli li żżur dentist fi sptar operat mill-SSN jew ċentru tas-saħħa mmexxi mill-awtorità tas-saħħa lokali Azienda Sanitaria Locale (ASL).
  • F'każ ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda professjonali, l-INAIL jipprovdi dentaturi.

Kura fi sptar

  • L-ASL tista' tforni lista ta' sptarijiet pubbliċi tal-SSN jew privati li joperaw taħt l-iskema tal-Istat.
  • Biex tirċievi kura fl-isptar m'hemmx għalfejn tikkuntattja l-ASL minn qabel. Għandek turi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek.

Riċetti tat-tabib

  • Xi mediċini m'għandhomx bżonn ta' riċetta. L-ispiżjar ikun jista' jgħidlek dan.
  • Meta tippreżenta riċetta lil spiżjar, trid turi wkoll il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek.
  • Ċerti mediċini huma b'xejn, oħrajn le. It-tariffi tal-mediċini ma jiġux rimborżati fl-Italja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek. Il-mediċini bla riċetta mhumiex rimborżabbli.
  • F'każ ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda professjonali, il-kura fl-isptar u l-mediċini huma pprovduti mill-SSN/ASL f'isem l-INAIL.

Ambulanza

  • Jekk ikollok bżonn ambulanza, kun af li jkollok tħallas parti mit-tarfiffa (għall-ambulanzi pubbliċi) jew it-tariffa kollha (għall-ambulanzi privati) u dawn ma jiġux rimborżati fl-Italja.

Ambulanza bl-ajru

  • Japplikaw l-istess kundizzjonijiet bħal tal-ambulanza.

Rimborż

  • M'hemmx rimborżi. Ikollok tħallas is-sehem individwali tiegħek tal-ispejjeż.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.
  • F'każ ta' inċident fuq il-post tax-xogħol, ikkuntattja l-uffiċċju tal-INAIL l-iktar qrib tiegħek għal prosteżi u benefiċċji speċjali oħra.

Informazzjoni dwar il-kopagament

  • Fl-Italja jistgħu jkunu meħtieġa l-kopagamenti. Dan jiddependi kemm fuq it-tip tas-servizz mediku kkonċernat kif ukoll fuq ir-Reġjun fejn hu stabbilit il-fornitur.
  • Il-kopagament hu sehem individwali tal-ispiża tal-kura li fl-Italja jissejjaħ "TICKET".
  • La hemm lista ġenerali ta' kuri mediċi li jeħtieġu l-kopagament fuq livell Nazzjonali u lanqas lista ġenerali ta' tariffi tagħhom.
  • Xi drabi jista' jkun li tintalab tħallas għal servizz tal-ewwel għajnuna f'każ li ma jkollokx bżonn toqgħod l-isptar wara li tingħata l-kura. Tista' titlob informazzjoni speċifika f'dan ir-rigward fl-istituzzjoni kompetenti li hi l-eqreb (ASL) tar-Reġjun fejn qed toqgħod.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Għandek titlob informazzjoni dwar id-disponibbilta sew qabel ma tivvjaġġa (xi ġimgħat qabel) lill-istituzzjoni kompetenti li l-eqreb (ASL) tar-Reġjun fejn tkun se toqgħod.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fl-Italja

  • Dejjem għandek tirrapporta t-telf jew is-serq ta' Kard lill-pulizija.
  • Ikkuntattja l-ASL (Azienda Sanitaria Locale) tiegħek, li tista' toħroġ ċertifikat ta' sostituzzjoni temporanju.
  • F'emerġenza, dan jista' jintbagħat b'fax jew b'email fil-pajjiż fejn qed toqgħod.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+