Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - L-Irlanda

Emerġenza

L-Eżekuttiv tas-Servizz tas-Saħħa (HSE)
Tel: Linja ta' informazzjoni tal-HSE 1850 24 1850

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Biex tikseb il-kura bl-użu tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek, għandek tikkonsulta tabib b'kuntratt mal-iskema primarja tal-Eżekuttiv tas-Servizz tas-Saħħa (is-sistema tas-saħħa pubblika).
  • Dawn it-tobba jagħtu l-kura bla ħlas.
  • Tista' tikseb dettalji dwar dawn it-tobba mill-uffiċċju lokali tal-Eżekuttiv tas-Servizz għas-Saħħa.
  • Jekk m'intix ċert li t-tabib li qed jikkurak għandu kuntratt mas-Servizz ta' Rimborż tal-Kura Primarja (PCRS), insisti li trid tkun trattat taħt is-sistema tas-saħħa pubblika.

Riċetti tat-tabib

  • Il-mediċini preskritti minn tabib b'kuntratt mal-HSE jingħataw b'tariffa nominali tar-riċetta.

Dentisti

Kura fi sptar

  • F'każ ta' emerġenza, mur direttament fid-dipartiment tal-aċċidenti u l-emerġenza ta' kwalunkwe sptar pubbliku.
  • Ma trid tħallas xejn għall-kura neċessarja pprovduta jekk ikollok il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

Ambulanza

  • Ebda informazzjoni disponibbli.
  • F'emerġenza, it-trasport bl-ambulanza għal sptar hu kopert mill-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC).

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

L-Irlanda topera sistema tal-kura tas-saħħa bbażata fuq l-għoti ta' servizz in natura. Għaldaqstant ma hemmx sistema ta' rimborż.

L-Eżekuttiv tas-Servizz tas-Saħħa (HSE)
Tel: Linja ta' informazzjoni tal-HSE 1850 24 1850

Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

null
  • M'hemm ebda kopagament għall-kura
  • Hemm tariffa minima għal kull oġġett fir-riċetta.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Irid ikun hemm arranġament minn qabel għal dawn il-kuri.
  • Dan jista' jiġi rranġat minn persuna u/jew sptar fi stat ieħor.
  • Hu neċessarju li tikkuntattja lill-Uffiċċju tas-Saħħa Lokali / sptar li jkun l-eqreb tad-destinazzjoni fl-Irlanda minn qabel peress li l-unità tal-kura trid tkun taf bil-kura meħtieġa u x'inhu preskritt.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Irlanda

L-Eżekuttiv tas-Servizz għas-Saħħa (HSE) – Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Tel: Linja tal-Informazzjoni tal-HSE 1850 24 1850

Email: Yoursay@hse.ie


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+