Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kif tuża l-karta - L-Ungerija

Emerġenza

Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK)
(Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika)
Tel: +36 1 350 1618 
E-mail: nemzetk@neak.gov.hu


Kura, kopertura u spejjeż

Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, trid tikkonsulta professjonisti tal-kura tas-saħħa li jkunu b'kuntratt mal-Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK - Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika). Dawn huma identifikabbli mid-deskrizzjoni: “A társadalombiztosítás egészségügyi szolgáltatásaira szerződött szolgáltató” (servizz tas-saħħa b'kuntratt mas-sistema tas-sigurtà soċjali operata mill-istat).

Tobba

  • Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, trid tikkonsulta tabib li jkun b'kuntratt mal-Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK - Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika). Il-konsultazzjonijiet huma bla ħlas.
  • Biex tikkonsulta speċjalista, se jkollok bżonn riferiment mingħand tabib.

Dentisti

  • Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, trid tikkonsulta dentist b'kuntratt mal-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika NEAK.
  • Id-dentisti ta' NEAK jistgħu jipprovdu dan li ġej mingħajr ħlas meta jkun hemm il-bżonn mediku:
    • kura ta' emerġenza
    • xi tipi ta’ kura mogħtija abbażi ta' riferiment mingħand speċjalista
    • ċerti tipi ta’ kura għall-protezzjoni tas-snien
    • kirurġija tas-snien
    • kura tal-mard tal-ħanek
  • Għal kull tip ieħor ta' kura tas-snien, ikun hemm tariffa, ħlief għall-persuni taħt it-18-il sena jew 'il fuq minn 62 sena jew għan-nisa tqal u n-nisa li jkunu welldu reċentement sad-90 jum wara l-ħlas.
  • Qabel il-kura, aqra l-informazzjoni murija għand il-fornitur tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew staqsi bit-telefown dwar it-tariffi li japplikaw (l-informazzjoni xi kultant tkun disponibbli b'ilsna oħra apparti l-Ungeriż, iżda dan mhuwiex obbligatorju bil-liġi).
  • Il-prezz tal-materjal normalment jitħallas mill-pazjent.

Kura fi sptar

  • Ikollok bżonn riferiment mingħand tabib, ħlief fil-każ ta' emerġenza.
  • Il-kura fi sptar ġeneralment tkun bla ħlas fi sptarijiet li għandhom kuntratt mal-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika NEAK.
  • L-isptarijiet japplikaw tariffi addizzjonali għal servizzi oħra bħall-akkomodazzjoni ta' standard għoli jew ikel speċjali.

Riċetti tat-tabib

  • Hemm tariffa fuq il-mediċini bir-riċetta.
  • Int tista' jew tiġi ċċarġjat tariffa mnaqqsa jew tħallas il-prezz sħiħ, skont liema mediċina tkun. Din ma tiġix rimborżata fl-Ungerija, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza

  • It-trasport fl-Ungerija mis-Servizz Nazzjonali tal-Ambulanza hu bla ħlas.

Ambulanza bl-ajru

  • Fl-Ungerija, is-Servizz Nazzjonali tal-Ambulanza bl-Ajru jista’ jipprovdi trasport bl-ajru li jkun medikament meħtieġ.

Rimborż

  • Ma jeżistix rimborż fl-Ungerija, minħabba li l-pazjent jeħel biss il-parti tiegħu tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li għaliha m'hemmx rimborż.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija


Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Ungerija

Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK)
(Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika)
Tel: +36 1 350 1618 
E-mail: nemzetk@neak.gov.hu