Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Il-Greċja

Emerġenza

Ċempel 166

Kuntatt

https://eu-healthcare.eopyy.gov.gr (bil-Grieg u bl-Ingliż)

Tel. +30 210 8110 903 / +30 210 8110 904 / +30 210 8110 905 / tista’ tuża dan in-numru tat-telefown sa +30 210 8110 931

Email: ehic@eopyy.gov.gr

Mistoqsijiet dwar il-benefiċċji tas-saħħa fl-UE:

Tel. +30 210 8110 916+30 210 8110 918 / +30 210 8110 541+30 210 8110 919


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • F’każ ta’ emerġenza jew sitwazzjoni li teħtieġ intervent mediku, tista’ tikkonsulta tabib fis-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika (Ċentri tas-Saħħa jew is-servizzi tal-outpatients tal-NHS(ESY) jew ma’ tabib privat b’kuntratt mal-EOPYY bla ħlas. It-tobba privati b’kuntratt mal-EOPYY għandhom limitu ta’ 200 konsultazzjoni fix-xahar bla ħlas. Lil hinn minn dan il-limitu l-pazjenti jridu jħallsu għall-konsultazzjoni u għalhekk hu rakkomandat li jistaqsu dwar id-disponibbiltà għal min għandu l-EHIC qabel ma jingħataw is-servizz.
  • Kemm turi l-EHIC tiegħek.
  • Jekk tikkonsulta tabib privat (mingħajr kuntratt), se jkollok tħallas.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien meħtieġa hi fil-biċċa l-kbira bla ħlas BISS f’unitajiet tal-NHS (ESY) jew Ċentri tas-Saħħa meta tkun disponibbli. Kemm turi l-EHIC tiegħek.
  • L-EOPYY m’għandhiex kuntratti ma’ dentisti privati.
  • Jekk tikkonsulta dentist privat, ikollok tħallas int.

Kura fi sptar

  • Il-kura fi sptar hi bla ħlas fl-isptarijiet pubbliċi / tal-istat. Normalment, se tingħata riferiment għall-kura fi sptar minn tabib. Ippreżenta l-EHIC / PRC tiegħek u l-ID tiegħek hekk kif tasal fis-segretarjat tal-ammissjonijiet. 
  • Meta l-kura tingħata fi klinika privata b’kuntratt mal-EOPYY, se tintalab tħallas għal parti mill-ispiża tas-soġġorn fl-isptar, it-tariffi kollha tat-tabib u tal-anestesjoloġist, l-għażla għal titjib fil-livell tal-kamra u tariffi addizzjonali oħrajn potenzjali, skont it-tip ta’ operazzjoni li titwettaq.
  • Jekk tagħżel li tmur fi klinika privata mingħajr kuntratt mal-EOPYY, mhux se tkun kopert bl-EHIC tiegħek u se jkollok tħallas l-ispejjeż kollha.

Riċetti tat-tabib

  • Jekk il-kundizzjoni medika tiegħek teħtieġ il-mediċina, it-tabib li qed jagħtik il-kura se jagħtik ir-riċetta elettronika meħtieġa għall-mediċina tiegħek. Tista’ tixtri l-mediċina tiegħek fi kwalunkwe spiżerija privata sakemm ikollok fuqek l-EHIC / PRC u r-riċetta tat-tabib ikollha t-timbru u tkun iffirmata kif xieraq.
  • Għal kull riċetta elettronika mogħtija hemm tariffa ta’ €1 (mhux rimborżata).

Ambulanza

  • Meta jkun hemm bżonn it-trasport bl-ambulanza, tista’ ċċempel il-166 biex tiġi trasportat lejn sptar pubbliku tal-għassa. It-trasport bl-ambulanza ta’ emerġenza jingħata bla ħlas mill-EKAV (Ċentru Nazzjonali għall-Kura ta’ Emerġenza).

Ambulanza bl-ajru

  • Bla ħlas, f'emerġenza.
  • Servizz mogħti mill-EKAV (Ċentru Nazzjonali għall-Kura ta’ Emerġenza).

Rimborż

  • M’INTI intitolat titlob ebda rimborż għal kwalunkwe kura tas-saħħa mogħtija minn fornituri tal-kura tas-saħħa privati li m’għandhomx kuntratt mal-EOPYY.
  • M'INTI intitolat titlob ebda rimborż għal kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja / kopagament tal-pazjenti.
  • Jekk ma kellekx fuqek id-dokument ta’ intitolament xieraq fil-ħin li ngħatajt il-kura medika u kellek tħallas, ikkuntattja lill-fond tal-assigurazzjoni medika nazzjonali meta tmur lura d-dar biex tara jekk intix eleġibbli għar-rimborż. Kun żgur li żżomm id-dokumentazzjoni uffiċjali kollha inklużi l-fatturi, l-irċevuti, ir-rapporti mediċi, il-preskrizzjonijiet ittimbrati u ffirmati kif xieraq mit-tabib li kkurak, eċċ.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Jekk tagħżel li tieħu l-kura fi klinika privata b’kuntratt mal-EOPYY, se tintalab tħallas (kofinanzjament) għal parti mill-ispiża tas-soġġorn fl-isptar (30% għad-DRG applikata jew 10% għas-soġġorn ta’ kuljum fl-isptar), it-tariffi kollha tat-tabib u tal-anestesjoloġist, l-għażla għal titjib fil-livell tal-kamra u tariffi addizzjonali oħrajn potenzjali, skont it-tip ta’ operazzjoni li titwettaq.
  • Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, b’mod ġenerali hemm kontribuzzjoni ta’ 25% għall-kost tal-mediċina bir-riċetta tat-tabib iżda għal xi gruppi ta’ pazjenti bħal dawk morda b’mod kroniku, il-mediċina hi bla ħlas jew tiġi applikata kontribuzzjoni tal-pazjent ridotta.
  • Għat-testijiet dijanjostiċi fi kliniki privati b’kuntratt mal-EOPYY jew f’laboratorji privati b’kuntratt mal-EOPYY, hemm kontribuzzjoni tal-pazjent ta’ 15% għall-ispiża tal-eżaminazzjonijiet dijanjostiċi mwettqa.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Bla ħlas bl-EHIC.
  • Ibbukkja l-kura qabel ma tivvjaġġa.
  • Kun ċert li l-kura tiġi bbukkjata ma’ fornitur tal-kura tas-saħħa li għandu kuntratt mal-NHS (ESY) / Ċentri tas-Saħħa jew l-EOPYY.
  • Jekk il-kura tingħata fi klinika privata jew sptar privat (bla kuntratt), ikollok tħallas int.

Kif napplika għal EHIC?

Int assigurat taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Greċja EFKA?

Tista’ ssib il-formola tal-applikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tagħhom:


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Greċja

Int assigurat taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Greċja EFKA?

Ikkuntattja lill-EFKA (Unità għall-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea)
(Eks IKA, eks OAEE, eks ETAA, eks OGA, eċċ.)
Tel: +30 2108808779 / +30 2108808782
Email: ekaa.greece@efka.gov.gr
Indirizz: 28 Οktovriou 54, 10682 Athens, Greece

Ixxerja din il-paġna