Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Il-Germanja

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Fil-Ġermanja d-dipartimenti tal-aċċidenti u l-emerġenza jissejħu "Notaufnahme".

Info dwar il-kura tas-saħħa fil-Ġermanja: Fondi statutorji tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa

Vaganza fil-Ġermanja – tagħrif

Kura u spejjeż

Tobba u dentisti

  • Mur direttament għand tabib jew dentist li għandu kuntratt mal-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-Ġermanja. Ħu l-EHIC miegħek (jew ċertifikat proviżorju) u l-karta tal-identità jew passaport.
  • Barra l-ħinijiet normali tista' tikkuntattja t-tabib jew dentist on duty ('Notdienst').
  • Il-kura hi bla ħlas.
  • Fil-Ġermanja, it-tobba u d-dentisti normalment ikollhom tabella li tgħid 'Kassenarzt' jew 'Alle Kassen'. Dan juri li jaħdmu fi ħdan is-sistema tal-istat.
  • Kwalunkwe servizzi lil hinn minn dawk ipprovduti minn prattikant li għandu kuntratt ma' fond ta' assigurazzjoni tas-saħħa fil-Ġermanja iwasslu għal spejjeż mhux koperti mill-EHIC. Dawn ikollok tħallashom int.

Sptarijiet

  • Ħlief f'emerġenza, ikollok turi l-firma tat-tabib biex tieħu l-kura f'xi sptar.
  • Jekk ikollok 18 jew aktar, trid tħallas €10 kuljum. Din il-miżata ma tibqax tapplika jekk idum l-isptar għal 28 jum fl-istess sena.
  • Il-kura fl-isptar tinkludi kwalunkwe servizz mediku li tista' tinħtieġ biex tikkura marda.
  • Ikollok tħallas għal kwalunkwe affarijiet apparti, per eżempju kamra tal-wieħed jew doppja.

Riċetti tat-tabib

  • Tista' tikseb kwalunkwe kura jew servizzi li jordnalek it-tabib mingħand il-persuna li tkun qed tikkurak, eż. fiżjoterapista. Ikollok tħallas miżata top-up ta' €10 għal kull riċetta apparti 10% tal-ispejjeż.
  • Tista' tikseb il-mediċini u faxex b'riċetta tat-tabib minn kwalunkwe spiżerija. Ġeneralment ikollok tħallas 10% tal-ispejjeż (tal-inqas €5, sa massimu ta' €10), iżda mhux aktar mill-ispiża nfisha. Il-miżata ma teħodhiex lura.
  • Ikollok tħallas int stess għal mediċini ta' bla riċetta bħall-pilloli tal-uġigħ u l-mistura tas-sogħla. Jaf ikollok tħallas ukoll għal ċerti mediċini bir-riċetta (eż. għal riħ jew influwenza).
  • Tfal taħt it-18 ma jħallsux għall-mediċina bir-riċetta tat-tabib.
  • Barra l-ħinijiet tax-xogħol, tista' ssib il-mediċini mill-ispiżerija on-duty ("Apotheken-Notdienst"). Issib l-isem fil-lista li jkun hemm fit-twieqi tal-ispiżeriji fl-istess akwati. Għal lista, ara (http://www.apotheken.de/, http://www.aponet.de/) jew fuq il-gazzetta lokali.

Ambulanza

  • Jekk tabib jgħidlek li teħtieġ kura immedjata - jiġifieri fl-emerġenza - it-trasport lejn l-isptar huwa b'xejn.
  • Normalment ikollok tħallas €10 mill-ispejjeż tat-trasport - tal-inqas €5, iżda mhux aktar minn €10. Qatt ma tista' tintalab tħallas aktar mill-ispiża vera.

Ambulanza bl-ajru

  • L-istess bħall-ambulanza.

Rimborż

Bħala regola m'għandekx tħallas bil-quddiem għall-biċċa l-kbira tas-servizzi tas-saħħa fil-Ġermanja. Jekk ma jkollokx il-kura preskritta, jew tkun ħadt servizzi apparti, ikollok tħallas minn butek. Fil-Ġermanja, l-ispejjeż normalment ma jingħatawx lura.

Żammewlek il-flus għal xi kura? Meta tasal lura f'pajjiżek, applika għand l-organizzazzjoni nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa biex tieħu lura l-ispejjeż.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+