Additional tools
Trattament mediku barra l-pajjiż
- Franza
Emerġenza
Ċempel il-112
Ikkuntattjana
Is'Centre des Liaisons Européennes et Internationales de Sécurité Sociale (CLEISS) jipprovdi informazzjoni dettaljata bil-Franċiż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Portugiż.
Tel: +33 1 45 26 33 41
E-mail: webmestre@cleiss.fr
Kura u spejjeż
Tobba
- Għandek tara tabib li hu rreġsitrat mal-fornitur tal-kura tas-saħħa tal-istat fi Franza (conventionné).
- Il-prattikanti 'conventionné' jistgħu jaqgħu f'dawn iż-żewġ kategoriji:
Settur 1: prattikanti li jiċċarġjaw ir-rata uffiċjali tas-sigurtà soċjali jew
Settur 2: prattikanti li jiċċarġjaw miżata supplimentari mar-rata uffiċjali
- Għandek tħallas direttament lit-tabib. It-tabib jimla formola ta' kura (feuille de soins) u jiktiblek riċetta jekk ikun hemm bżonn. Il-formola ta' kura hi meħtieġa biex tikseb ir-rimborż.
Dentisti
- Għandek tmur għand dentist li hu rreġsitrat mal-fornitur tal-kura tas-saħħa tal-istat fi Franza (conventionné).
- Għandek tħallas direttament lid-dentist. Id-dentist jimla formola ta' kura (feuille de soins) u jiktiblek riċetta jekk ikun hemm bżonn. Il-formola ta' kura hi meħtieġa biex tikseb ir-rimborż.
Kura fi sptar
- Jekk tiddaħħal l-isptar, kun ċert li tippreżenta l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC). Din tiffrankalek li tħallas kwalunkwe spejjeż li tista' tikseb lura u tħallas biss il-kontribuzzjoni ta' pazjent.
- Il-pazjenti jkollhom iħallsu miżata ta' kuljum fl-isptar.
- Għal kwalunkwe kura medika speċjali, ikollok tħallas rata fissa flimkien mal-miżata ta' kuljum. Dawn l-ispejjeż mhumiex rimborżabbli fi Franza iżda jaf tkun tista' tikseb rimborż meta tirritorna f'pajjiżek.
- Jekk tiddaħħal fi sptar jew klinika privata, ipprova żgura li dawn ukoll huma rreġistrati li jipprovdu kura tas-saħħa tal-istat.
Riċetti tat-tabib
- Għandek tagħżel spiżerija li taħdem skont is-sistema tal-kura tas-saħħa Franċiża. Bir-riċetta tiegħek, għandek tirċievi formola ta' kura (feuille de soins) – mingħajrha ma tiħux il-flus lura.
- Il-mediċini bir-riċetta huma rimborżabbli biss jekk jinsabu fil-lista ta' prodotti farmaċewtiċi rimborżabbli.
Ambulanza
- Tabib irid jikkonferma li tassew teħtieġ ambulanza. Inkella, tista' tuża vettura medika ħafifa (vehicule sanitaire leger - VSL) biex tasal l-isptar.
- Ikollok tħallas il-miżati tal-ambulanza jekk tiddaħħal jew toħroġ mill-isptar. Dan mhumiex rimborżabbli fi Franza iżda jaf tkun tista' tikseb rimborż meta tirritorna f'pajjiżek.
Ambulanza bl-ajru
- Is-servizzi tal-ambulanza bl-ajru jvarjaw skont l-emerġenza.
Aktar informazzjoni: AMELI - http://ameli-direct.ameli.fr
Rimborż
- Trid tagħmel talba ta' rimborż fl-uffiċċju lokali ta' CPAM (Caisse Primaire D‘Assurance Maladie) fi Franza.
- Ikollok tipprovdi l-formola ta' kura (feuille de soins), il-kopji tal-irċevuti u r-riċetti, kopja tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC), l-indirizz tar-residenza tiegħek u d-dettalji tal-kont tal-bank tiegħek, inklużi l-IBAN u l-BIC. Tintbagħtlek konferma tar-rimborż fl-indirizz tad-dar tiegħek.
- Tista' tieħu lura madwar 70% tal-ispiża standard tal-kura.
Jekk ma rnexxilekx tagħmel talba ta' rimborż matul iż-żjara tiegħek fi Franza, għandek tikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.