Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - L-Estonja

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Il-linja tat-telefown għall-għajnuna tat-tabib tal-familja

Eesti Haigekassa
(Fond Estonjan tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa)
Tel: +372 669 6630
Tel: 16363 (numru nazzjonali)
Email: info@haigekassa.ee

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • M'hemmx tariffa meta tmur għand tabib tal-familja.
  • Trid tħallas għall-kura medika speċjalizzata (pereżempju għand kardjologu, psikjatra, ġinekologu, eċċ.).

Dentisti

  • Ikollok tħallas l-ispiża sħiħa ta' kwalunkwe kura mingħand dentist.
  • Tfal u żgħażagħ taħt id-19-il sena ma jħallsux.

Kura fi sptar

Hemm tariffa standard ta' kuljum għall-pazjenti in-patient sa għaxart ijiem. Ma hemm l-ebda tariffa għal pazjenti in-patient għal:

  • tfal taħt is-sentejn
  • każijiet relatati ma' tqala u ħlas
  • kura intensiva

Riċetti tat-tabib

  • Japplikaw rati mraħħsa differenti, skont id-djanjosi, il-mediċina, kemm ikollu żmien il-pazjent, eċċ.
  • Jekk il-mediċina ma tkunx fil-lista nazzjonali ta' prodotti mediċinali (bl-Estonjan), ikollok tħallas il-prezz kollu. Dawn it-tariffi ma jiġux rimborżati fl-Estonja, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.

Ambulanza

  • It-trasport bl-ambulanza hu bla ħlas f'emerġenza.

Ambulanza bl-ajru

  • It-trasport bl-ambulanzi tal-ajru domestiku biss huwa bla ħlas.

Rimborż

  • Ma jsirux rimborżi fl-Estonja. Ikollok tħallas l-ispejjeż ta' sehmek biss.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Informazzjoni dwar il-kopagament

  • Żjara fid-dar minn tabib tal-familja - sa €5
  • Żjara lil tabib speċjalizzat (inkluż dentist) - sa €5
  • Tariffa għal kura in-patient fi sptar - sa €2.50 kuljum, iżda mhux iktar minn €25 għal kull darba li jkollu joqgħod l-isptar

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Is-servizzi huma disponibbli f'żewġ sptarijiet ewlenin

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fl-Estonja

Eesti Haigekassa (Fond Estonjan tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa)

Tel: +372 669 6630

Tel: 16363 (numru nazzjonali)

Email: info@haigekassa.ee


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+