Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kif tuża l-karta - Id-Danimarka

Nota

  • Ir-residenti tal-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja jridu juru biss karta tal-identità valida biex ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa fid-Danimarka.

Emerġenza

  • Ċempel il-112 fi kwalunkwe ħin

Barra l-ħinijiet tal-uffiċċju
Għal informazzjoni dwar servizzi mediċi barra l-ħinijiet tal-uffiċċju

Informazzjoni ġenerali dwar il-kura tas-saħħa fid-Danimarka
Kif tikseb l-għajnuna jekk tkun marid

Jew ikkuntattja:

Styrelsen for Patientsikkerhed

Awtorità Daniża għas-Sikurezza tal-Pazjent
Drittijiet tal-Pazjenti Assigurazzjoni Internazzjonali tas-Saħħa
Finsensvej 15
2000 Frederiksberg
Tel: +45 72 26 94 90
Fax: +45 72 28 66 01
Email: stps@stps.dk

Sit web: www.stps.dk
Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Il-kura tingħata bla ħlas mit-tobba li jaħdmu b'kuntratt mal-iskema tal-assikurazzjoni tas-saħħa pubblika.
  • Biex tieħu l-kura għand speċjalista, normalment irid ikollok riferiment mingħand tabib tal-familja (GP).
  • Sib GP (praktiserende læge) jew speċjalista (behandlere) qrib tiegħek fil-lista ta' fornituri tal-kura tas-saħħa (bid-Daniż)

Dentisti

  • L-ispiża se tkun iktar baxxa jekk tara dentist li jaħdem b'kuntratt mal-iskema tal-assikurazzjoni tas-saħħa pubblika.
  • Ċerti kuri preventivi u mili tas-snien jiġu rimborżati sa 40%.
  • M'hemm ebda rimborż għal dentaturi, crowns, eċċ.
  • Sib dentist (tandlæge) qrib tiegħek fil-lista ta' fornituri tal-kura tas-saħħa (bid-Daniż)

Kura fi sptar

  • F'każ ta' emerġenza, mur direttament fid-dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza (A&E) (skadestue jew Akutmodtagelse/Akutklinik) ta' kwalunkwe sptar pubbliku.
  • Sib informazzjoni dwar kif tikseb assistenza urġenti fl-isptar. F’xi reġjuni trid iċċempel qabel ma tmur fid-dipartiment tal-A&E.
  • Meta ma tkunx emerġenza, irid ikollok riferiment minn tabib (GP jew speċjalista).
  • Il-kura hi bla ħlas.

Riċetti tat-tabib

  • Ħu r-riċetta tat-tabib miegħek fi kwalunkwe spiżerija. Sib spiżerija (apotek) qrib tiegħek.
  • L-ewwel darba li tixtri l-mediċina bir-riċetta tat-tabib fid-Danimarka, tirċievi kard speċjali b'numru uniku.
  • Uri din il-kard kull darba li tixtri l-mediċina, biex ikun jista' jiġi kkalkulat ir-rimborż tiegħek.
  • Ir-rimborż jiddependi fuq kemm tixtri mediċini bir-riċetta f'sena. Ma tiġix rimborżat jekk il-valur tal-konsum annwali tiegħek ma jaqbiżx ammont minimu fiss (fl-2017: DKK 950/sena).

Ambulanza

  • Ċempel il-112 jekk ikollok bżonn ambulanza.
  • Is-servizz tal-ambulanza hu bla ħlas fl-emerġenzi.

Ambulanza bl-ajru

  • M'hemmx regoli speċjali għat-trasport bl-ambulanza bl-ajru.

Rimborż

Jekk ħallast il-prezz sħiħ għall-kura, tista' tikseb rimborż mill-kura tas-saħħa pubblika billi tikkuntattja llil-muniċipalità ("kommunen") li tkun qed iżżur. Se jagħtuk lura l-flus tal-ispejjeż mediċi tiegħek jew se jiggwidawk dwar kif tista’ tikseb rimborż.

Sib il-muniċipalità lokali (bid-Daniż biss).

  • Uri l-kontijiet, l-irċevuti u r-riferimenti oriġinali
  • Uri l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea
  • Agħti d-dettalji kollha tal-kont tal-bank tiegħek (IBAN u SWIFT / BIC code)

Jekk ma rnexxilekx tibgħat talba waqt iż-żjara tiegħek, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek.


Kontribuzzjoni tal-pazjent

Il-kura fl-isptar u l-kura minn tabib tal-familja (GP) jew speċjalista (jekk ikollok riferiment mingħand GP) huma bla ħlas.

Dentisti

Is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika tagħti lura sa 40% tal-ispejjeż ta' ċerti kuri. M'hemm ebda rimborż għal dentaturi, crowns, eċċ.

Mediċini

  • Ir-rimborż jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-konsum annwali tiegħek tal-mediċini preskritti.
  • Ebda rimborż taħt limitu fiss (fl-2017: DKK 950/sena) (rimborż ta' 60% għal min hu taħt it-18-il sena).
  • Il-barranin jingħataw kard speċjali b'numru uniku l-ewwel darba li jixtru l-mediċina bir-riċetta tat-tabib fid-Danimarka. Din il-kard trid tintwera kull meta tixtri l-mediċina sabiex jiġi kkalkulat ir-rimborż.
  • Għar-rati ta' rimborż għal mediċini mixtrija barra d-Danimarka ara s-sit web tal-Aġenzija Daniża tal-Mediċina (Lægemiddelstyrelsen).

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija
  • Jekk se jkollok bżonn il-kura fl-isptar waqt li tkun id-Danimarka, trid tirranġa kollox minn qabel sew.
  • Il-kura privata hi koperta biss jekk ikollok riferiment mingħand sptar pubbliku.
  • L-isptarijiet pubbliċi jistgħu jirrifjutaw li jirranġaw għall-kura minħabba problemi ta' kapaċità.
  • Għal mistoqsijiet dwar spejjeż ta' trasport ikkuntattja l-isptar.

Kif napplika għal EHIC? Tista’ tapplika onlajn għall-EHIC billi tuża s-soluzzjoni self-service fuq il-paġna Life in Denmark.
Fejn jaċċettaw l-EHIC

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fid-Danimarka

  • Udbetaling Danmark se joħorġulek ċertifikat ta' sostituzzjoni provviżorju.
  • F'każijiet urġenti, dan jista' jintbagħat b'fax fil-pajjiż fejn qed toqgħod.

Tista' tikkuntattja:

Udbetaling Danmark

International Health Insurance

Kongens Vænge 8

3400 Hillerød

Id-Danimarka

Tel. +45 7012 8081

E-mail: udbetalingdanmark@atp.dk