Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Ir-Repubblika Ceka

Emerġenza

  • Ċempel il-112

Centrum mezistatnich uhrad (CMU)
(Iċ-ċentru għar-rimborżi internazzjonali)
Telefown: +420 236 033 411
Posta-e: info@cmu.cz

Kura u spejjeż

Tobba

  • Biex tisfrutta sew il-Karta Ewropea għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa, trid tikkonsulta tabib li għandu kuntratt ma' wieħed mill-fondi Ċeki tal-assigurazzjoni għas-saħħa. Tiġi ċċarġjat miżata żgħira standard ta' CZK 30.
  • It-tobba jitolbuk tiffirma "Potvrzeni o naroku" (ċertifikat ta' intitolament), li jużaw biex jagħmlulek il-kont tal-kura tiegħek lill-fond Ċek tal-assigurazzjoni għas-saħħa.
  • Jekk ikollok bżonn mediċini bir-riċetta, testijiet tal-laboratorju jew eżamijiet oħra, it-tabib jagħtik kopja tal-"Potvrzeni o naroku". Trid turi dan iċ-ċertifikat fl-ispiżerija jew lill-fornitur tal-kura tas-saħħa li se jieħu ħsieb il-kura tiegħek.
  • Jekk se toqgħod fir-Repubblika Ċeka għal perjodu itwal, tista' tirreġistra ma' wieħed mill-fondi Ċeki tal-assigurazzjoni għas-saħħa, li joħroġlok "Potvrzeni o registraci" (ċertifikat ta' reġistrazzjoni) validu għaż-żmien taż-żjara tiegħek. Trid turi dan id-dokument kull darba li tmur għal kura jew ikollok riċetta tat-tabib.

Dentisti

  • Il-kura tas-snien standard hi koperta mis-sistema pubblika tal-assigurazzjoni għas-saħħa. Madankollu, ikollok tħallas għal kura tas-snien addizzjonali u materjali oħra, tal-anqas parti mill-ispiża tagħhom. Il-miżata standard hi ta' CZK 30.

Kura fi sptar

  • Fil-websajt taċ-Centrum mezistatnich uhrad (CMU) (iċ-ċentru għar-rimborżi internazzjonali) issib lista ta' sptarijiet li joffru kura tas-saħħa pubblika.
  • Hemm miżata ta' kuljum għal kura inpatient ta' CZK 100.
  • Hemm miżata għall-kura ta' emerġenza fl-isptar fi tmiem il-ġimgħa, matul il-festi pubbliċi jew bejn il-5pm u s-7am matul il-ġimgħa, jekk ma tiddaħħalax l-isptar wara. Il-miżata għall-kura ta' emerġenza hi ta' CZK 90.

Riċetti tat-tabib

  • Hemm miżata standard għar-riċetti mediċi (CZK 30 - minn Frar 2013). Barra dan, il-pazjent għandu jħallas parti mill-ispiża jew l-ispiża kollha tal-mediċini li mhumiex koperti għal kollox mis-sistema ta' assigurazzjoni tas-saħħa pubblika.

Ambulanza

  • Is-servizz tal-ambulanza hu bla ħlas.

Ambulanza bl-ajru

  • Is-servizz tal-ambulanza bl-ajru hu bla ħlas.

Rimborż

Ġeneralment, ma jkollok tħallas xejn iktar minbarra l-miżati standard ta' pazjent.

Jekk kellek tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż. Tista' titlob rimborż fir-Repubblika Ċeka.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+