Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - Il-Belgju

Emerġenza

Ċempel il-100 jew il-112

INAMI (FR) / RIZIV (NL)
(Assikurazzjoni tal-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa u d-Diżabilità)

Telefown: +32 2 739 73 21 (Olandiż, Franċiż, Ingliż, Ġermaniż)
Telefown: +32 2 739 73 10 (Olandiż, Ingliż, Franċiż)
Telefown: +32 2 739 73 14 (Olandiż, Ingliż, Franċiż)
Telefown: +32 2 739 73 15 (Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż)
Telefown: +32 2 739 73 16 (Olandiż, Franċiż, Ingliż)

Email: info@health.fgov.be
Sit web: http://www.riziv.be/ (Olandiż); http://www.inami.be/ (Franċiż)
Il-portal tal-gvern Belġjan – informazzjoni u servizzi uffiċjali

Kura u spejjeż

Tobba

  • Trid tħallas lit-tabib meta dan jikkurak, imma jista' jagħti l-każ li tkun tista' titlob sa 75% tal-ispiża meta turi l-“Attestation de soins donnés” lid-desk tal-fond tal-mard lokali li trid.
  • Kun żgur li t-tabib jagħtik irċevuta ħadra ("Attestation de soins donnés/Getuigschrift voor verstrekte hulp") bl-ammont li ħallast.

Dentisti

  • Trid tħallas lid-dentist meta dan jikkurak, imma jista' jagħti l-każ li tkun tista' titlob sa 75% tal-ispiża meta turi l-“attestation de soins donnés” lid-desk tal-fond tal-mard lokali li trid.
  • Kun żgur li d-dentist jagħtik irċevuta ("Attestation de soins donnés/Getuigschrift voor verstrekte hulp") bl-ammont li ħallast.

Kura fi sptar

  • M'hemmx bżonn li jibagħtek it-tabib, u tista' tara l-ispeċjalista li trid int fi kwalunkwe sptar.
  • Jekk ma turix il-Karta Ewropea għall-Assikurazzjoni tas-Saħħa (jew dokument provviżorju minflokha), ikollok tħallas l-ammont sħiħ. Madankollu tista' tipprova tikseb rimborż aktar tard, minn xi waħda mill-organizzazzjonijiet Belġjani tal-assikurazzjoni tas-saħħa billi turi l-invojs u prova ta' ħlas lid-desk tal-fond tal-mard lokali li tixtieq.

Riċetti tat-tabib

  • Trid tippreżenta r-riċetta fl-ispiżerija. Din tiksibha mingħand it-tabib.
  • Ikollok tħallas fl-ispiżerija. Il-pazjenti jħallsu bejn 0% u 80% mill-prezz tal-mediċina.
  • Kun ċert li l-ispiżjar jagħtik irċevuta li turi l-mediċina pprovduta u l-ammont imħallas. B'din, tista' titlob rimborż min waħda mill-organizzazzjonijiet Belġjani tal-assikurazzjoni tas-saħħa.

Ambulanza

  • Tħallas somma f'daqqa u miżata għal kull km distanza. L-iskema Belġjana tal-assikurazzjoni tas-saħħa tirrimborża 50%

Ambulanza bl-ajru

  • Ebda informazzjoni disponibbli.

Rimborż

Ikkuntattja lid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-NIHDI – Servizz tal-Kura tas-Saħħa – għal parir dwar kif titlob rimborż fil-Belġju.

Riċetti tat-tabib

Għal aktar informazzjoni:

INAMI (FR) / RIZIV (NL)
(Assikurazzjoni tal-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa u d-Diżabilità)

Telefown: +32 2 739 73 21 (Olandiż, Franċiż, Ingliż, Ġermaniż)
Telefown: +32 2 739 73 10 (Olandiż, Ingliż, Franċiż)
Telefown: +32 2 739 73 14 (Olandiż, Ingliż, Franċiż)
Telefown: +32 2 739 73 15 (Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż)
Telefown: +32 2 739 73 16 (Olandiż, Franċiż, Ingliż)

Email: info@health.fgov.be
Sit web: http://www.riziv.be/ (Olandiż); http://www.inami.be/ (Franċiż)

Jekk ma rnexxilekx tibgħat talba waqt li kont fil-Belġju, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal lura f'pajjiżek.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+