Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

L-Awstrija

Emerġenza


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Ikkonsulta tabib b’kuntratt mal-Fond għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Awstrijaka (Österreichische Gesundheitskasse). Is-servizzi tagħhom huma bla ħlas. Normalment ikollhom is-sinjali "Kassenarzt" (tabib b'kuntratt) jew "Alle Kassen".

Dentisti

  • Hemm firxa limitata ta' kura tas-snien disponibbli taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa tal-istat.
  • Id-dentisti li għandhom kuntratt mal-Fond għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Awstrijaka mhux se jitolbuk tħallas. Normalment ikollhom is-sinjali "Kassenarzt" (tabib b'kuntratt) jew "Alle Kassen".

Kura fi sptar

  • Il-kura (fil-kategorija ta' prezz ġenerali) hi bla ħlas fl-isptarijiet tal-universitajiet u reġjonali li għandhom kuntratt mal-fond tal-kura tas-saħħa tal-istat federali kkonċernat ("Landesgesundheitsfonds").
  • Hu meħtieġ riferiment mingħand tabib (ħlief f'emerġenza).
  • Hemm tariffa ta' kuljum għall-ewwel 28 jum fl-isptar. It-tariffa tvarja minn stat federali għal ieħor.
  • Informazzjoni dettaljata (bil-Ġermaniż) dwar l-isptarijiet u s-servizzi tagħhom fuq Kliniksuche.at 
  • Punt ta’ kuntatt tal-mobilità tal-pazjenti

Riċetti tat-tabib

  • Trid tħallas tariffa tar-riċetta, li bħalissa hi €6.85 (2023).
  • Il-mediċini bir-riċetta huma disponibbli fl-ispiżeriji kollha (prezz standard).
  • Fittex għall-ispiżeriji (bil-Ġermaniż)

Ambulanza

Ambulanza bl-ajru


Rimborż

  • Jekk kellek tħallas għall-kura tiegħek għax it-tabib li għażilt ma kienx b'kuntratt mal-Fond għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Awstrijaka (xi kultant ikun hemm sinjal li juri "Wahlarzt" jew "Keine Kassen") tista' titlob sa 80% tal-ammont li kienet se tħallas l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa għal kura minn tabib b'kuntratt.
  • Ir-rimborżi jintalbu direttament mill-Fond għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Awstrijaka (Österreichische Gesundheitskasse).
  • Ikollok tibgħat l-irċevuti oriġinali mat-talba tiegħek. Żomm kopji ta' kull ma tibgħat.
  • Ma tistax tissottometti talba għar-rimborż waqt iż-żjara tiegħek? Mela ikkuntattja l-fornitur nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek hekk kif tasal pajjiżek.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Kura fi sptar

  • Hemm tariffa għal permanenza in-patient fl-isptar. Dan ivarja minn stat federali għal ieħor.
  • Mhux se jkollok tħallas tariffa għal aktar minn 28 jum kalendarju f'sena kalendarja.

Riċetti tat-tabib

Hemm tariffa tar-riċetta - bħalissa (fl-2023): €6.85

Apparat u tagħmir mediku

  • L-apparat u t-tagħmir mediku (eż. nuċċalijiet jew suletti ortopediċi taż-żarbun) jistgħu jinkisbu b'riċetta tat-tabib.
  • Jekk int assigurat, trid tħallas parti mill-ispiża - ġeneralment 10% tal-ispejjeż tax-xiri, u bħalissa tal-anqas €39, jew għan-nuċċalijiet, €117 (2023)

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija


Kif napplika għal EHIC?

  • Mhi disponibbli ebda informazzjoni speċifika għall-Awstrija.

Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Awstrija

Ixxerja din il-paġna