Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

L-Iżvezja

Nota: ir-residenti tal-pajjiżi Nordiċi l-oħrajn (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda u n-Norveġja) iridu sempliċiment juru karta tal-identità valida biex juru l-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fl-Iżvezja.

Emerġenza

  • Ċempel il-112
  • Il-1177, is-servizz nazzjonali għall-pariri dwar il-kura tas-saħħa:
    • online jew bit-telefown
    • 24 siegħa kuljum, 365 jum fis-sena.
    • Fuq il-1177, ikun hemm infermieri li jwieġbu l-mistoqsijiet, jiddeċiedu jekk hemmx bżonn ta' aktar kura, joffru pariri u/jew jirrikmandaw għajnuna oħra tal-kura tas-saħħa.
    • Il-1177 joffri servizz bl-Ingliż.
    • Telefown: 1177
    • Sit web: www.1177.se, informazzjoni disponibbli b'diversi lingwi.

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tintitolak għall-kura fi kwalunkwe istituzzjoni tal-kura tas-saħħa pubblika.

  • Għandek tikkonsulta tabib affiljat mal-iskema tal-assigurazzjoni pubblika.
  • Ikollok bżonn tippreżenta Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida u passaport jew ID nazzjonali valida.
  • Meta jkollok EHIC valida, int intitolat tħallas tariffa ssussidjata għal kura medikament neċessarja bl-istess mod bħar-residenti tal-Iżvezja. It-tariffi jistgħu jvarjaw u m’hemmx rimborż għalihom.
  • Il-pazjenti ta' taħt l-20 sena jieħdu l-kura b'xejn fil-biċċa l-kbira tal-każi.
  • Mingħajr il-karta, ikollok tħallas it-tariffa tal-kura kollha kemm hi.

Il-kura tas-saħħa privata ġeneralment mhix koperta bil-karta, iżda f'ċerti każi t-tobba privati jkunu affiljati mal-iskema tal-assigurazzjoni pubblika u jaċċettaw il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Qabel tmur għand it-tabib jew l-isptar kun ċert li jaċċettaw il-karta ħalli tevita spejjeż mhux ippjanati.

Dentisti

Il-biċċa l-kbira tad-dentisti jistgħu jipprovdu kura taħt l-iskema pubblika tal-kura tas-snien.

Kura fi sptar

  • Il-kura in-patient ġeneralment tkun bla ħlas, ħlief għal tariffa standard ta' kuljum li m’hemmx rimborż għaliha.
  • Għal kura out-patient ikollok tħallas tariffa ssussidjata. It-tariffi jistgħu jvarjaw u m’hemmx rimborż għalihom.
  • Il-kura mingħand speċjalist trid titħallas.

Riċetti tat-tabib

  • Ikollok bżonn tippreżenta Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa valida fl-ispiżerija biex tħallas bil-prezz issussidjat.
  • It-tariffi jistgħu jvarjaw.

Ambulanza

  • Is-servizz tal-ambulanza hu bla ħlas fil-maġġoranza tal-postijiet.

Ambulanza bl-ajru

  • Is-servizz tal-ambulanza bl-ajru hu bla ħlas fil-maġġoranza tal-postijiet.

Rimborż

  • M’hemmx sistema ta' rimborż fl-Iżvezja.
  • Bil-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek għandu jkollok tħallas biss it-tariffa standard tal-pazjenti. Din ma tiġix rimborżata.
  • Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

  • Il-livell ta' kopagament ivarja minn 100 sa 300 SEK jekk tara tabib tal-familja. Il-livell ta' kopagament hu ftit ogħla jekk tara tabib speċjalist, minn 100 sa 400 SEK. Dawn il-kopagamenti huma biss għal kura tas-saħħa primarja li ma jinvolvux sptar.
  • Għal dawk il-pazjenti li għandhom bżonn kura tas-saħħa aktar spiss hemm limitu tal-prezz, jiġifieri ħadd m'għandu jħallas aktar minn 1,300 SEK fis-sena.
  • Hemm livell massimu ta' kopagament għal kura tas-saħħa fi sptar: 110 SEK kuljum.
  • Il-kura tas-saħħa għal individwi taħt l-20 sena hi bla ħlas fil-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet u reġjuni.
  • Il-kura tal-maternità hi dejjem bla ħlas.
  • F'xi muniċipalitajiet u reġjuni trid tħallas tariffa anqas għas-servizz tal-ambulanza u tal-helicopter.

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Irid ikollok riferiment biex tieħu d-dijaliżi, l-ossiġenu u l-kimoterapija.

Kif napplika għal EHIC?

Tista’ tordna l-karta:

Tista’ taqra aktar dwar l-EHIC u kif tapplika għaliha hawnhekk.


Fejn jaċċettaw l-EHIC

  • M’hemm ebda bażi ta’ data ċentrali pubblika ġenerali tat-tobba u l-isptarijiet fl-Iżvezja li jaċċettaw l-EHIC.
  • Il-pazjenti jistgħu jikkuntattjaw il-1177, is-servizz nazzjonali għall-pariri dwar il-kura tas-saħħa, biex jiksbu informazzjoni dwar il-fornituri lokali tal-kura tas-saħħa li jaċċettaw l-EHIC.

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Iżvezja

Aġenzija Svediża tal-assigurazzjoni soċjali,, Försäkringskassan
Tel: +46 771 524 524 (servizz tal-konsumatur)

Ixxerja din il-paġna