Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Additional tools

Tiftix Avvanzat

Trattament mediku barra l-pajjiż - Il-Germanja

Emerġenza

Ċempel il-112

Fil-Ġermanja d-dipartimenti tal-aċċidenti u l-emerġenza jissejħu "Notaufnahme".

Ikkuntattjana

Għal informazzjoni dwar l-aċċess għall-kura tas-saħħa fil-Ġermanja, ikkuntattja:
fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa pubblika (lista li tinstab fil-Ġermanja biss)

On holiday in Germany – fuljett ta' tagħrif (bl-Ingliż biss)

Kura u spejjeż

Tobba

  • Trid tħallas mill-ewwel, normalment bi flus kontanti.
  • Meta tmur għand tabib, tħallas miżata standard (“Praxisgebühr”), li tkopri l-visti normali kollha għal dak il-perjodu tas-sena. Jekk tmur għand tabib fi Frar pereżempju, tista' terġa' tmur sal-aħħar ta' Marzu bla ma terġa' tħallas.
  • L-istess tabib jista' wkoll jirreferik għal għand kwalunkwe tabib ieħor f'dan il-perjodu. Jekk taqbad u tmur għand tabib ieħor mingħajr riferiment mingħand l-ewwel tabib, ikollok terġa' tħallas il-"Praxisgebühr".
  • Jekk tinqeda bis-servizz ta' wara l-ħin (Notdienst), ikollok tħallas miżata oħra.
  • Għand it-tobba Ġermaniżi normalment għandek tara tabella li tgħid Kassenarzt (tabib kuntrattwali) jew Alle Kassen, li jfisser li jaħdmu mas-sistema tal-istat.

Dentisti

  • Trid tħallas mill-ewwel, normalment bi flus kontanti.
  • Meta tmur għand dentist, tħallas miżata standard (“Praxisgebühr”), li tkopri l-visti normali kollha għal dak il-perjodu tas-sena (ara t-taqsima dwar it-tobba għal aktar tagħrif).
  • Jekk tinqeda bis-servizz ta' wara l-ħin (Notdienst), ikollok tħallas miżata oħra.
  • Tfal taħt it-18 ma jħallsux għall-kura.
  • Fil-kliniki tal-operazzjonijiet tas-snien Ġermaniżi normalment għandek tara tabella li tgħid Kassenarzt (tabib kuntrattwali) jew Alle Kassen, li jfisser li jaħdmu mas-sistema tal-istat.

Sptarijiet

  • Ħlief f'emerġenza, ikollok turi l-firma tat-tabib biex tieħu l-kura f'xi sptar.
  • Jekk għandek 18 jew aktar, ikollok tħallas miżata standard kuljum. Il-miżata tieqaf tapplika wara t-28 jum li tqatta' l-isptar fl-istess sena.
  • Servizzi mhux obbligatorji (bħall-kura għand speċjalista tar-ras) mhumiex koperti bil-karta EHIC. Għandek tħallas l-ispejjeż minn butek.

Riċetti tat-tabib

  • Tista' tikseb il-mediċini u faxex b'riċetta tat-tabib minn kwalunkwe spiżerija. Ġeneralment ikollok tħallas 10% tan-nefqa, iżda mhux aktar min-nefqa vera. Dawn l-ispejjeż ma hemmx rimborż għalihom.
  • Trid tħallas il-mediċina ta' bla riċetta minn butek (bħall-pilloli tal-uġigħ u l-mediċina tas-sogħla).
  • Tfal taħt it-18 ma jħallsux għall-mediċina bir-riċetta tat-tabib.
  • Barra l-ħinijiet tax-xogħol, tista' ssib il-mediċini mill-ispiżerija on-duty (Apotheken-Notdienst). Issib l-isem tal-ispiżerija "Notdienst" fil-lista li jkun hemm fit-twieqi tal-ispiżeriji fl-istess akwati. Għal lista, ara www.aponet.de, www.apotheken.de jew fuq il-gazzetta lokali.

Ambulanza

  • Għat-trasport lejn l-isptarijiet pubbliċi f'każijiet ta' emerġenza jew każijiet oħra fejn it-tabib jiddeċiedi li għandek bżonn kura minnufih.
  • Bħala regola generali, il-pazjent iħallas 10% mill-ispejjeż tat-trasport. Fl-ebda ċirkostanza ma tista' tintalab tħallas aktar mill-ispiża vera.

Ambulanza bl-ajru

  • L-istess bħall-ambulanza.

Rimborż

Għas-servizzi tas-saħħa kważi kollha fil-Ġermanja, trid tħallas miżata standard mill-ewwel - ħafna drabi bi flus kontanti. Din ma tiġix rimborżata fil-Ġermanja.

Jekk kellek tħallas għall-kura tiegħek, għandek tikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+