Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

Kura medika mhux mistennija - L-Awstrija

Emerġenza

Kura, kopertura u spejjeż

Tobba

  • Ikkonsulta tabib b'kuntratt ma' wieħed milll-uffiċċji reġjonali tal-assikurazzjoni tas-saħħa tal-Awstrija (Gebietskrankenkasse). Is-servizzi tagħhom huma bla ħlas. Normalment ikollhom is-sinjali "Kassenarzt" (tabib b'kuntratt) jew "Alle Kassen".

Dentisti

  • Hemm firxa limitata ta' kura tas-snien disponibbli taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Istat.
  • Id-dentisti b'kuntratti Gebietskrankenkasse mhux se jitolbuk il-ħlas. Normalment ikollhom is-sinjali "Kassenarzt" (tabib b'kuntratt) jew "Alle Kassen".

Kura fi sptar

  • Il-kura hi bla ħlas jekk l-isptar ikollu kuntratt mal-"Landesgesundheitsfonds" (sptarijiet tal-Università, sptarijiet reġjonali).
  • Hu meħtieġ riferiment mingħand tabib (ħlief f'emerġenza).
  • Hemm tariffa ta' kuljum għall-ewwel 28 jum fl-isptar. Din it-tariffa tista' tvarja skont l-Istat (fl-2015 bejn €12.00 u €20.10)
  • Fuq Österreichischer Spitalskompass issib informazzjoni dettaljata (bil-Ġermaniż) dwar kura akuta fl-isptarijiet u s-servizzi tagħhom.

Riċetti tat-tabib

  • Trid titħallas tariffa tar-riċetta, li bħalissa hi ta' €5.55 (2015).
  • Il-mediċini bir-riċetta huma disponibbli fl-ispiżeriji kollha (prezz standard).
  • Fittex għall-ispiżeriji (bil-Ġermaniż)

Ambulanza

  • L-ivvjaġġar neċessarju bl-ambulanza hu kopert.

Ambulanza bl-ajru

Rimborż

  • Jekk kellek tħallas għall-kura tiegħek għax it-tabib li għażilt ma kienx b'kuntratt mal-uffiċji tal-assikurazzjoni tas-saħħa reġjonali tal-Awstrija (xi kultant ikun hemm sinjal li juri "Wahlarzt" jew "Keine Kassen") tista' titlob lura sa 80% tal-ammont li kienet se tħallas l-istituzzjoni tal-assikurazzjoni tas-saħħa għal kura minn tabib b'kuntratt.
  • Għandek titlob għar-rimborż direttament mingħand wieħed mill-uffiċċji tal-assikurazzjoni tas-saħħa fl-Awstrija, Gebietskrankenkassen.
  • Ikollok tibgħat l-irċevuti oriġinali mat-talba tiegħek. Żomm kopji ta' kull ma tibgħat.
  • Ma tistax tissottometti talba għar-rimborż waqt iż-żjara tiegħek? Mela ikkuntattja l-fornitur nazzjonali tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek hekk kif tasal pajjiżek.

Informazzjoni dwar il-kopagament

Kura fi sptar

  • Hemm tariffa għal permanenza in-patient fi sptar, li tvarja skont l-istat (bejn €12.00 u €20.10 fl-2015)
  • Din il-kontribuzzjoni hi meħtieġa għal mhux aktar minn 28 jum kalendarju kull sena kalendarja

Riċetti tat-tabib

Hemm tariffa għar-riċetta tat-tabib: bħalissa (2015): €5.55

Apparat u tagħmir mediku

  • Apparat u tagħmir mediku (eż. nuċċalijiet, suletti ortopediċi taż-żarbun) jistgħu jinkisbu b'riċetta tat-tabib.
  • Persuni assikurati jridu jħallsu sehem mill-ispiża, li ġeneralment ikun ta' 10% tal-ispejjeż biex jinkisbu l-affarijiet, u bħalissa hu tal-inqas €31.00, jew fil-każ ta' nuċċali, €93.00 (2015)

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

Kard mitlufa jew misruqa

Kuntatti għad-detenturi tal-EHICs li jinħarġu fl-Awstrija


    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+