Mur fil-path tan-navigazzjoni, billi taqbeż is-site tools u s-selettur tal-lingwa

L-Inizjattiva dwar l-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ

L-Inizjattiva hija sett ta' miżuri ppjanati għall-2012 u l-2013 biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ. Tagħmel parti mill-inizjattiva dwar l-edukazzjoni u l-impjieg tal-UE Żgħażagħ Attivi.

Għanijiet

Li tappoġġja liż-żgħażagħ bla xogħol. B'mod partikolari trid tgħin:

  • lil dawk li ħallew l-iskola jew it-taħriġ mingħajr ma kisbu edukazzjoni sekondarja sħiħa biex imorru lura l-iskola jew jinkitbu f'xi forma ta' taħriġ vokazzjonali f'kapaċitajiet meħtieġa
  • lill-gradwati biex jiksbu l-ewwel esperjenza ta' xogħol.

Metodi

Promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ permezz ta':

  • użu akbar tal-Fond Socjali Ewropew
  • metodi innovattivi
  • ngħinu liż-żgħażagħ isibu x-xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE
  • sħubijiet aktar qawwija bejn l-awtoritajiet politiki, in-negozji u t-trejdjunjins kemm fil-livell tal-UE, kif ukoll f'dawk nazzjonali, reġjonali u lokali.
  • gwida dwar tfassil ta' politika mill-Kummissjoni Ewropea.

Bħala parti mis-"Semestru Ewropew" (ċiklu annwali ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali), il-Kummissjoni se tevalwa l-programmi ta' riforma nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE fl-2012.

15-il pajjiż għandhom rati ta' qgħad fost iż-żgħażagħ li jaqbżu l-medja tal-UE (22.3% f'Novembru 2011). Għalihom, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva dwar l-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ jew billi torganizza laqgħat bilaterali fi Brussell jew billi tibgħat timijiet tal-pajjiżi fuq il-post.

Azzjonijiet ewlenin

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE):

  • żieda fl-użu tal-FSE mill-gvernijiet nazzjonali biex jaċċessaw it-€30 biljun li għandhom ma ġewx allokati għal proġetti bejn l-2007 u l-2013
  • €1.3 milljun f'għajnuna teknika tal-FSE biex jinħolqu skemi ta' apprendistati – il-pajjiżi tal-UE intalbu jikkontribwixxu lejn żieda finanzjarja ta' 10%. L-għan? 370,000 apprendistat ġdid sa tmiem l-2013.
  • €3 miljun f'għajnuna teknika tal-FSE għal imprendituri żgħażagħ u imprendituri soċjali.

Azzjonijiet oħra fil-livell tal-UE:

    Aqsam

  • Twitter Facebook Ixxerja fuq Google+