Ċentru għall-Informazzjoni / Pubblikazzjonijiet

Iċ-Ċentru ta' l-Informazzjoni tagħna jwieġeb ir-rikjesti għal informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-attivitajiet tad-DĠ ta' l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Il-viżitaturi merħba bihom, imma jrid ikollhom appuntament. Iċ-Ċentru ta' l-Informazzjoni jinsab f'27 Rue Joseph II, B-1000 Brussell, il-Belġju.

Għandna wkoll librerija bi kważi 10,000 volum għad-dispożizzjoni ta' min iżurna, li jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-post jew inkella permezz ta' self ta' kotba inter-librarju.