Rinunzja

Il-logo u l-elementi viżwali oħra tas-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012 jistgħu jintużaw għall-attivitajiet kollha li huma kompatibbli mal-prinċipji u l-għanijiet ta' din is-Sena. L-awtorizzazzjoni li tingħata mhijix esklussiva.

Il-Kummissjoni Ewropea trid tkun mgħarrfa dwar kull attività u inizjattiva fejn il-logo ġie użat. Il-Kummissjoni tista' tagħżel li turi dawn l-inizjattivi fuq is-sit web tas-Sena Ewropea. Il-Kummissjoni tirriserva d-dritt li tirrevoka din l-awtorizzazzoni kondizzjonali għall-użu tal-logo fi kwalunkwe mument jekk tħoss li mhux qed jintuża sew, inkluż l-użu kummerċjali. Il-Kummissjoni mhijiex responsabbli għall-użu ta' dawn il-materjali minn partijiet terzi.

Jekk għandek xi dubji dwar jekk tistax tuża l-logo, jekk jogħġbok ikkuntattjana.