Dikjarazzjoni Speċifika ta’ Privatezza

Liema, kif u għala tinġabar id-dejta

Id-dejta li ġejja hi akkwistata mill-formola ta' kuntatt:

Din id-dejta tinġabar sabiex l-utenti jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati mid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea, bħala parti mill-attivitajiet ta' komunikazzjoni tiegħu u għall-ġbir tad-dejta tal-istatistika dwar il-mistoqsijiet.

Din id-dejta mhix rilevanti għall-immaniġġjar tal-mistoqsijiet, li jitqiesu b'attenzjoni u jitwieġbu kollha.

L-informazzjoni tiġi ssejvjata f'depożitarju, iċċekkjata biex titneħħa d-dejta finta u skorretta, u tkun ivvalidata għal użu ġejjieni.

Id-dejta personali kollha li tingħata lill-Kummissjoni tiġi mmaniġġjata strettament skont ir-Regolament 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali.  

Kontrollur tad-dejta

Il-kontrollur tad-dejta personali tiegħek hu d-dipartiment tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni li għandu jwieġeb għal mistoqsija tiegħek. Jekk jogħġbok ara hawn taħt it-taqsima "kuntatt".

Aċċess għad-dejta

Staff awtorizzat fl-unità responsabbli fid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea (skont is-suġġett tar-rikjesta tiegħek) għandu aċċess għad-dejta miġbura u hu biss għandu l-awtorità li jaqraha u jikkoreġiha fl-eventwalità li jiddaħħal żball.

Miżuri ta' sigurtà

L-istaff li jittratta l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-mistoqsija tiegħek biss għandu aċċess għad-dejta personali tiegħek. Id-dejta tinżamm ġo sistema ta' fajls u ta' kaxxi postali elettroniċi, li huma protetti permezz tal-kontroll ta' aċċess personali.

Iċċekkjar, tibdil u tħassir ta' dejta

Għandek id-dritt li tiċċekkja, tibdel jew titlob li titħassar id-dejta dwarek. Ara "L-indirizz ta' kuntatt" fit-taqsima hawn taħt.

Perjodu li matulu tinżamm id-dejta

Id-dejta personali tiegħek tintuża biss sakemm ikun hemm bżonnha għall-finijiet intenzjonati tagħha (pereżempju biex tingħata tweġiba għall-mistoqsija tiegħek). Wara dan id-dejta ta' tweġiba tista' tinżamm għal sentejn oħra għal skopijiet possibbli ta' segwitu amministrattiv.

Indirizz ta' kuntatt

Ir-rikjesti kollha għandhom sa fejn hu possibbli jintbagħtu bil-formola ta' kuntatt: Madankollu, tista' tikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali, li jgħaddi r-rikjesta tiegħek lid-dipartiment intern rilevanti, fl-indirizz li ġej:

European Commission
DG Employment, Social Affairs and Inclusion
B-1049 Brussels
BELGIUM 

Mezz kif tilmenta

Tista' dejjem tressaq ilment lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta