Għodod addizzjonali

Linji gwida għall-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati

Konsultazzjoni pubblika dwar il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati

Għan tal-konsultazzjoni

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati tgħin biex il-liġi tal-UE tkun trasparenti, immirata tajjeb u koerenti. Din hi mniżżla fit-Trattati. Konsultazzjonijiet - flimkien ma’ valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet u kompetenzi esperti – huma l-għodda ewlenija għat-tfassil ta' politika trasparenti u informata. Dawn jgħinu biex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà u li huma bbażati fuq l-evidenza, l-esperjenzi u l-fehmiet ta’ dawk milquta mill-politiki u involuti fl-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tikkonsulta b’mod wiesa’, f'kull fażi taċ-ċiklu tal-politika, hi u tirrispetta l-prinċipji tal-ftuħ u t-trasparenza u ssegwi l-istandards minimi, li b’mod ġenerali huma rikonoxxuti bħala xierqa u tirrispondi għall-aħjar prattika internazzjonali. Matul l-aħħar ħames snin, intalbu l-opinjonijiet tal-partijiet interessati permezz ta' aktar minn 500 konsultazzjoni miftuħa ppubblikata fuq is-sit tal-internet "Il-vuċi tiegħek fl-Ewropa".

Il-linji gwida jiffukaw fuq il-konsultazzjonijiet imwettqa fil-preparazzjoni tal-politika (ta’ politiki ġodda, programmi (ta' nfiq), proposti leġiżlattivi, atti delegati u ta’ implimentazzjoni – b'valutazzjoni tal-impatt jew mingħajrha). Dawn japplikaw ukoll għall-konsultazzjonijiet fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet. Huma jipprovdu pariri u appoġġ dwar l-aspetti kollha tat-twettiq tal-konsultazzjonijiet mid-definizzjoni tal-għanijiet tal-konsultazzjoni sal-evalwazzjoni tal-eżerċizzju tal-konsultazzjoni.

Filwaqt li dawn il-linji gwida huma maħsuba għall-użu intern tal-Kummissjoni biss, il-kontribuzzjonijiet tal-partijiet interessati huma element essenzjali li jiżgura l-kwalità tal-prodott finali. Il-Kummissjoni għalhekk tħeġġeġ lill-partijiet interessati biex jieħdu sehem f’din il-konsultazzjoni.

Oqsma ta' politika

Affarijiet istituzzjonali

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mit-18/06/2014 sat-30/09/2014. The consultation is closed.

Dokument ta’ konsultazzjoni u kwestjonarju

Id-dokument ta' konsultazzjoni li jakkumpanjah hu disponibbli hawnhekkpdf(332 kB).

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Il-kontribuzzjoni tiegħek għandha tintbagħat jew:

  • jew onlajn, billi timtela l-formola onlajn hawnekk;
  • b’email lill-kaxxa postali funzjonali indikata fit-taqsima “Dettalji ta’ kuntatt”;
  • lill-indirizz postali indikat fl-istess taqsima.

Tista’ twieġeb bi kwalunkwe lingwa minn 24 lingwa uffiċjali tal-UE. It-tweġiba tista’ tiġi ppubblikata fil-lingwa tas-sottomissjoni. Tweġibiet minn organizzazzjonijiet mhux reġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza se jiġu ppubblikati separatament. Tista' tirreġistra hawnhekk.

Il-kontribuzzjonijiet se jiġu ppubblikati f'dan il-websajt. Is-sottomissjonijiet li huma indikati b’mod ċar bħala “anonimi” se jiġu trattati bħala tali u ppubblikati mingħajr informazzjoni personali.

Sottomissjonijiet indikati bħala “mhux għall-pubblikazzjoni” se jiġu trattati bħala tali u mhux se jkunu ppubblikati. Jekk jogħġbok aqra l-istqarrija dwar il-privatezza mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal tagħrif dwar kif id-dejta personali u l-kontribuzzjoni tiegħek se jiġu ttrattati.

Dettalji ta’ kuntatt

Servizz responsabbli: Il-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali, Unità SĠ C4 – “Programm ta’ Xogħol u Konsultazzjoni tal-Partijiet Interessati”

Kaxxa postali funzjonali: SG-STAKEHOLDER-GUIDELINES-CONSULTATION@EC.EUROPA.EU

Indirizz postali:
European Commission
Secretariat-General – Unit SG C4 – "Work Programme and Stakeholder Consultation"
BERL 7/16
B-1049 Brussels
Belgium

Ara l-kontribuzzjonijiet riċevuti

Please click here to view the contributions received.

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna li jipprovdu lill-pubbliku bl-informazzjoni rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru tat-Trasparenza u jimxu mal-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix irreġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet irreġistrati.

Il-passi li jmiss

Wara l-għeluq tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni se tanalizza u tipproċessa t-tweġibiet riċevuti. Abbażi tar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni se tiffinalizza l-linji gwida tagħha għall-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati u tagħmilhom pubbliċi fil-websajt Europa.

Dokumenti ta' referenza u konsultazzjonijiet relatati oħra

Konsultazzjoni pubblika magħmula b'mod parallel dwar il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-Valutazzjoni tal-Impatt, hi disponibbli hawnhekk