Għodod addizzjonali

Konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni

Konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni

Għan tal-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea hi determinata li tissodisfa l-għanijiet tal-politika bi spiża minima, għall-benefiċċju taċ-ċittadini, in-negozji u l-ħaddiema filwaqt li jiġi evitat kull piż regolatorju mhux meħtieġ. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni tuża firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ regolamentazzjoni intelliġenti. Il-valutazzjoni tal-impatt hi għodda minnhom, li topera fl-istadju bikri taċ-ċiklu tal-politika, meta proposti ġodda jkunu qed jiġu żviluppati. Din tikkontribwixxi għall-kwalità tat-tfassil tal-politika billi tiżgura li inizjattivi u proposti tal-Kummissjoni għal leġiżlazzjoni tal-UE huma ppreparati abbażi ta’ evidenza trasparenti, komprensiva u bbilanċjata dwar in-natura tal-problema li għandha tiġi indirizzata, il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE u l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ modi alternattivi ta’ azzjoni għall-partijiet interessati kollha.

Is-sistema tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni għaddiet minn tisħiħ u minn titjib kontinwu mit-twaqqif tagħha fl-2002, bil-pubblikazzjoni ta’ linji gwida fl-2009 u gwida komplementari dwar diversi kategoriji ta’ impatti (pereżempju, il-kompetittività u l-mikrointrapriżi, id-drittijiet fundamentali, l-impatti soċjali u territorjali) minn dak iż-żmien 'l hawn. Hi u tibni fuq l-esperjenza miksuba, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrevedi l-linji gwida tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Dawn il-linji gwida huma maħsubin għall-użu intern fil-Kummissjoni, iżda l-għan tal-konsultazzjoni kien li jitfittxu l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar l-abbozz tal-linji gwida riveduti.

Oqsma ta' politika

Affarijiet istituzzjonali

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mill-01/07/2014 sat-30/09/2014. Il-konsultazzjoni tinsab magħluqa.

Dokument ta' konsultazzjoni

Id-dokument ta' konsultazzjoni ta' akkumpanjament hu disponibbli hawnhekkpdf(190 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel .

Dettalji ta’ kuntatt

Servizz responsabbli: Il-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali, Unità SG C 2 – “Valutazzjoni tal-Impatt”

Kaxxa postali funzjonali: SG-IMPACT-ASSESSMENT-CONSULTATION@ec.europa.eu

Indirizz postali:
European Commission
Secretariat-General – Unit SG C2 "Impact Assessment"
BERL 6/29
Rue de la Loi 200
1040 Brussels
Belgium

Riżultati tal-konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tirringrazzja lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-konsultazzjoni pubblika tagħha

Is-sejbiet ewlenin tal-konsultazzjoni pubblikapdf(750 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  issa jinsabu disponibbli.

Ara l-kontribuzzjonijiet riċevuti

Jekk jogħġbok ikklikkja hawn Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  biex tara l-kontribuzzjonijiet riċevuti.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tanalizza u se tipproċessa t-tweġibiet riċevuti. Abbażi tar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni se tiffinalizza r-reviżjoni tal-linji gwida għall-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha u tagħmilhom pubbliċi fuq Europa.

Dokumenti ta' referenza u konsultazzjonijiet relatati oħra

Aktar tagħrif ta’ sfond jista’ jinstab fuq is-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt: http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/index_en.htm Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

Konsultazzjoni pubblika magħmula b'mod parallel dwar il-linji gwida tal-Kummissjoni għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati, hi disponibbli hawnhekk Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel