Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Regolamentazzjoni Intelliġenti

Qasam/Oqsma ta' Politika

Affarijiet ġenerali u istituzzjonali

Grupp(i) fil-mira

Awtoritajiet pubbliċi, intrapriżi, organizzazzjonijiet tan-negozju, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-pubbliku ġenerali.

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mis-27.06.2012 sal-21.09.2012

L-għan tal-konsultazzjoni

Fil-Komunikazzjoni tal-2010 dwar "Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-UE", il-Kummissjoni ppreżentat strateġija li ttejjeb il-mod li bih tfassal, tinforza, tevalwa u tirrevedi l-politiki u r-regolamenti Ewropej biex tiżgura li jkunu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u n-negozji.

Kważi sentejn wara, il-Kummissjoni qed tevalwa l-progress li sar u qed tislet il-lezzjonijiet mill-esperjenza tagħha. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha l-għan li tiġbor l-opinjonijiet u l-proposti tiegħek għal Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti.

    Il-konsultazzjoni tiffoka fuq kif:
  • Tittejjeb il-kwalità u r-rilevanza tal-leġiżlazzjoni proposta u eżistenti tal-UE
  • Tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE
  • Jiġi żgurat li l-opinjonijiet ta' dawk affettwati mil-leġiżlazzjoni tal-UE jinformaw aħjar il-politika
  • L-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jistgħu jikkollaboraw biex jintlaħqu l-miri tar-regolamentazzjoni intelliġenti.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek

Nilqgħu kontribuzzjonijiet miċ-ċittadini, organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi.

  • Jekk qed twieġeb il-konsultazzjoni bħala ċittadin, jekk jogħġbok ikklikkja hanwhekk biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek.
  • Jekk qed twieġeb din il-konsultazzjoni bħala organizzazzjoni, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek.
  • Jekk qed twieġeb il-konsultazzjoni f'isem xi awtorità pubblika, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk biex tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek.

Il-kontribuzzjonijiet li nirċievu se jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija speċifika dwar il-privatezza li hija mehmuża ma' din il-konsultazzjoni għall-informazzjoni dwar kif se jiġu ttrattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Ara d-dokument ta' konsultazzjoni pdf - 148 KB [148 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Id-dokumenti ta' referenza u oħrajn, konsultazzjonijiet relatati

Tista' ssib informazzjoni rilevanti dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar fuq il-websajt.

Dettalji biex tikkuntattjana

  • servizz responsabbli: Is-Segretarjat Ġenerali - Unità SG.C.2 "Politika Regulatorja u Valutazzjoni tal-Impatt"
  • e-mail: sg-smart-reg-info@ec.europa.eu
  • indirizz postali: B-1049 Brussels

Ara l-kontribuzzjonijiet

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mistiedna jipprovdi lill-pubbliku bit-tagħrif rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru Rappreżentattiv ta' l-Interess u jissottomettu għall-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix reġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet reġistrati.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tħejji rapport ta' sinteżi u rispons għall-kontribuzzjonijiet. Il-konsultazzjoni se ssostni komunikazzjoni li tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti.