resize textAA+A++printVerżjoni għall-printer
Ewropa 2020

Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi – Inizjattiva prinċipali tal-Istrateġija Ewropa 2020

L-inizjattiva prinċipali għal Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi skont l-istrateġija Ewropa 2020 tappoġġa l-bidla lejn ekonomija b'użu effiċjenti tar-riżorsi u b'użu baxx tal-karbonju biex jitwettaq tkabbir sostenibbli.

Ir-riżorsi naturali jsaħħu l-ekonomija tagħna u l-kwalità ta' ħajjitna. Mhux possibbli li nibqgħu sejrin kif aħna fir-rigward tal-użu tar-riżorsi. Iż-żieda fl-użu effiċjenti tar-riżorsi hi importanti ħafna biex ikunu żgurati t-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Din se ġġib magħha opportunitajiet ekonomiċi kbar, se ttejjeb il-produttività, se tbaxxi l-ispejjeż u se tagħti spinta lill-kompetittività.

L-inizjattiva prinċipali għal Ewropa b'użu effiċjenti tar-riżorsi tipprovdi qafas għall-azzjonijiet għal medda twila ta' żmien f'bosta oqsma politiċi, u tappoġġa aġendi politiċi għall-bidla fil-klima, l-enerġija, it-trasport, l-industrija, il-materja prima, il-biedja, is-sajd, il-bijodiversità u l-iżvilupp reġjonali. Dan sabiex tiżdied iċ-ċertezza għall-investiment u l-innovazzjoni u biex jiġi żgurat li jkun hemm bilanċ fil-fatturi tal-politiki rilevanti kollha għall-użu effiċjenti tar-riżorsi.

Dokumenti prinċipali:

Proposti prinċipali:

(Links għall-proposti prinċipali se jkunu aġġornati meta jkunu ppubblikati.)

Avvenimenti relatati minn partijiet interessati: