Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħarsa ġenerali

 tifla f'librerijaFellowships tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie: tpinġija: tifla f'librerija

Minn Jannar 2014, bil-pass lejn Orizzont 2020, l-Azzjonijiet Marie Curie issa qed jissejħu l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA). Din il-bidla tirrifletti aħjar l-għeruq Pollakki ta’ din ix-xjenzata straordinarja li ispirat u tispira l-programm.

B'għotjiet ta' €6.16 biljun matul il-perjodu sal-2020, il-MSCA jappoġġjaw it-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp tal-karriera b'enfasi fuq il-ħiliet tal-innovazzjoni. Il-programm jiffinanzja l-mobbiltà madwar id-dinja u bejn is-setturi. Mobbiltà li timplimenta riċerka eċċellenti fi kwalunkwe qasam (metodu “minn isfel għal fuq”).

Hemm għotjiet tal-MSCA għall-istadji kollha tal-karriera ta' riċerkatur, minn kandidati tal-PhD għal riċerkaturi ta’ esperjenza kbira, li tinkoraġġixxi l-mobbiltà transnazzjonali, intersettorjali u interdixxiplinari. Il-MSCA se jkun l-akbar programm tal-UE għal taħriġ fil-livell ta’ dottorat billi jiffinanzja 25,000 PhD.

Li jipprovdu lir-riċerkaturi b’ħiliet ġodda u firxa usa’ ta’ kompetenzi, filwaqt li dawn jiġu offruti kundizzjonijiet ta’ xogħol attraenti, huwa aspett kruċjali tal-MSCA. Barra minn hekk biex titħeġġeġ il-mobilità bejn il-pajjiżi, l-MSCA ifittxu wkoll li jkissru l-ostakli reali u dawk perċepiti bejn l-akkademja u setturi oħra, speċjalment dawk kummerċjali. Diversi inizjattivi tal-MSCA jippromwovu l-involviment tal-industrija eċċ. b’riċerka għal dottorat u post-dottorat.

Hemm erba’ tipi ewlenin ta’ MSCA:

Il-MSCA jiffinanzjaw ukoll il-European Researchers' Night (NIGHT), avvenimenti pubbliċi li jinvolvu r-riċerkaturi li jsiru kull sena fl-Ewropa kollha fir-raba' Ġimgħa ta' Settembru.