Skambju tal-Istaff ta' Riċerka u Innovazzjoni (RISE)

L-istaff tiegħek jixtieq jikseb esperjenza f’ambjent tax-xogħol differenti (akkademika, is-settur privat) jew f’pajjiż ieħor? L-Iskambju tal-Istaff tar-Riċerka u l-innovazzjoni (RISE) jiffinanzja skambji għal terminu ta’ żmien qasir għall-istaff biex jiżviluppa l-karrieri billi jgħaqqad l-eċċellenza xjentifika ma’ espożizzjoni għal pajjiżi u setturi oħra. RISE jippermetti aktar interazzjoni bejn id-dinja akkademika u organizzazzjonijiet mhux akkademiċi fl-Ewropa u madwar id-dinja.

Min jista' japplika?

Din l-azzjoni hija maħsuba għal organizzazzjonijiet bħal universitajiet, ċentri ta' riċerka jew kumpaniji - li jipproponu skambju għal żmien qasir għall-istaff tagħhom. Il-proposti għandhom jinkludu mhux inqas minn tliet imsieħba, li jistgħu jkunu universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka, jew organizzazzjonijiet mhux akkademiċi. L-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) huma mħeġġa jipparteċipaw.

L-organizzazzjonijiet imsieħba jridu jkunu minn tliet pajjiżi differenti. Tal-inqas tnejn minnhom għandhom ikunu mill-. Imsieħba minn xi mkien ieħor fid-dinja jistgħu wkoll jingħaqdu. Jekk l-iskambju jsir bejn l-UE u pajjiżi assoċjati, irid ikun intersettorjali. Fi sħubijiet dinjin, skambji fi ħdan l-istess settur huma possibbli.

L-imsieħba jingħaqdu flimkien u jipproponu proġett konġunt. Il-proposti għandhom jenfasizzaw l-opportunitajiet ta' netwerking, l-iskambju tal-għarfien u l-iżvilupp tal-ħiliet ta' membri tal-istaff.

L-istaff ta' riċerka ta' kwalunkwe nazzjonalità u ta' kwalunkwe livell ta' karriera (minn postgradwati sa riċerkaturi tal-esperjenza) jistgħu jagħmlu kollokament. Il-membri tal-istaff li jaħdmu f'pożizzjonijiet maniġerjali, tekniċi jew amministrattivi jistgħu wkoll jiġu kkolokati.

Min jista' jiġi ffinanzjat?

L-oqsma ta' riċerka kollha jistgħu jiġu ffinanzjati ħlief dawk koperti mit- Trattat EURATOM kif imsemmi fl-Artikolu 4 u l-Anness I.

X'ikopri l-finanzjament?

L-għotja tappoġġja l-kollokament ta' membri tal-istaff għal bejn xahar u sena. Għandhom jiġu involuti fi jew ikollhom x'jaqsmu ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għal mill-inqas sitt xhur qabel il-kollokament. Jirritornaw fl-organizzazzjoni li tkun bagħtithom wara l-kollokament, biex jgħaddu l-għarfien tagħhom lill-oħrajn.

Il-finanzjament għal proġett RISE jista' jdum sa erba' snin.

Min jiddeċiedi?

Il-proġetti RISE jintgħażlu permezz ta' kompetizzjoni miftuħa u evalwazzjoni trasparenti u indipendenti, bl-użu ta' serje ta' kriterji determinati minn qabel kif stipulati fil- u l- tiegħu.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa ta' proposti. Is-sejħiet miftuħa kollha u l-informazzjoni relatata bħall-Gwida għall-Applikanti u l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà jinstabu fil-Portal tal-Parteċipanti.

Pariri u informazzjoni jinstabu wkoll permezz tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u l-Ħelpdesk Orizzont 2020.