Netwerks ta' Taħriġ Innovattiv (ITN)

Qed tfittex taħriġ ta’ kwalità għolja fil-livell ta' dottorat kemm fl-akkademja kif ukoll barra?

In-netwerks ta’ taħriġ innovattiv ilaqqgħu flimkien l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka u l-kumpaniji minn pajjiżi differenti madwar id-dinja biex iħarrġu ġenerazzjoni ġdida ta’ riċerkaturi.

Il-finanzjament jagħti spinta lill-eċċellenza xjentifika u l-innovazzjoni tan-negozju, u jtejjeb il-prospetti tal-karriera tar-riċerkaturi permezz tal-iżvilupp tal-ħiliet tagħhomintraprenditorija, kreattività u innovazzjoni.

Tipi ta’ Netwerks tat-Taħriġ Innovattiv

Proposti għal proġetti ta' ITN jistgħu jieħdu waħda minn tliet forom:

Netwerks ta' Taħriġ Ewropej (ETN)

Taħriġ ta’ riċerka konġunta, implimentat minn tal-inqas tliet imsieħba minn ġewwa u barra l-akkademja.

L-għan hu li r-riċerkaturi jesperjenzaw setturi differenti u jiżviluppaw il-ħiliet trasferibbli tagħhom billi jaħdmu fuq proġetti konġunti ta’ riċerka.

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'tal-inqas tliet.

Parteċipanti addizzjonali minn kwalunkwe organizzazzjoni kullimkien fid-dinja jistgħu wkoll jingħaqdu ma’ netwerk.

Dottorat Industrijali Ewropew (EID)

Taħriġ ta’ dottorat konġunt li jingħata minn tal-inqas sieħeb akkademiku wieħed intitolat li jagħti lawrji ta’ dottorat, u minn tal-inqas sieħeb wieħed minn barra d-dinja akkademika, primarjament l-intrapriża. Kull riċerkatur parteċipanti huwa iskritt fi programm dottorali u huwa sorveljat b’mod konġunt minn superviżuri kemm mis-settur akkademiku u kemm le, fejn dawn iqattgħu mill-inqas 50% tal-ħin tagħhom.

L-għan huwa biex il-kandidati għad-dottorat jiżviluppaw ħiliet ġewwa u barra l-akkademja li jilħqu l-bżonnijiet tas-settur pubbliku u privat.

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti f'tal-inqas żewġ. Sett usa’ ta’ organizzazzjonijiet imsieħba minn kull parti tad-dinja jistgħu wkoll jikkumplimentaw it-taħriġ.

Dottorati Konġunti Ewropej(EJD):

Minimu ta’ tliet organizzazzjonijiet akkademiċi jiffurmaw netwerk bil-għan li jagħmlu lawrji konġunti, doppji jew multipli. Is-superviżjoni konġunta tar-riċerkaturu struttura ta’ governanza konġunta huma obbligatorji.

L-għan hu l-promozzjoni internazzjonali, intersettorjali u kollaborazzjoni multi/interdixxiplinarja f’taħriġ dottorali fl-Ewropa.

L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu minn. Il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet addizzjonali minn kullimkien fid-dinja, inkluż mis-settur mhux akkademiku, hija mħeġġa.

Min jista' japplika?

Din l-azzjoni hija maħsuba l-aktar għal organizzazzjonijiet bħal universitajiet, ċentri ta' riċerka jew kumpaniji, li jipproponu netwerk ta' taħriġ dwar ir-riċerka.

Individwi jistgħu japplikaw għal pożizzjonijiet speċifiċi maħluqa minn dawn in-netwerks. Dawn jiġu rriklamati fuq Euraxess.

Min jista' jiġi ffinanzjat?

L-oqsma ta' riċerka kollha jistgħu jiġu ffinanzjati ħlief dawk koperti mit- Trattat EURATOM kif imsemmi fl-Artikolu 4 u l-Anness I.

Il-programm propost ta' taħriġ fir-riċerka jew ta' dottorat għandu jirrispondi għal ħtiġijiet multi u interdixxiplinarji identifikati sew f'oqsma ta' riċerka xjentifika u teknoloġika, jesponi lir-riċerkatur għal setturi differenti, u joffri sett komprensiv ta' ħiliet trasferibbli (bħall-intraprenditorija u l-komunikazzjoni).

Il-proposti għandhom jirriflettu kooperazzjoni fir-riċerka eżistenti jew ippjanata fost l-imsieħba, u jinvolvu lir-riċerkaturi permezz ta' proġetti ta' riċerka individwali u personalizzati.

Il-mobilità bejn il-fruntieri hija essenzjali.

X'ikopri l-finanzjament?

L-għotjiet ikopru:

  • reklutaġġ u taħriġ ta' kull riċerkatur għal mhux aktar minn tliet snin. Ir-riċerkatur jiġi impjegat taħt kuntratt ta’ xogħol u jkun jibbenefika minn benefiċċju tal-għajxien kull xahar, kopertura tas-sigurtà soċjali, benefiċċji tal-mobilità u tal-familja.
  • spejjeż tar-riċerka inkluża l-organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti u konferenzi.
  • ġestjoni u spejjeż ġenerali.

Fil-livell tal-organizzazzjoni, it-tul massimu ta' proġett ITN huwa erba' snin.

Min jiddeċiedi?

Il-proġetti ITN jintgħażlu permezz ta' kompetizzjoni miftuħa u evalwazzjoni trasparenti u indipendenti, bl-użu ta' serje ta' kriterji determinati minn qabel kif stipulati fil- u l- tiegħu.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa ta' proposti. Is-sejħiet miftuħa kollha u l-informazzjoni relatata bħall-Gwida għall-Applikanti u l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà jinstabu fil-Portal tal-Parteċipanti.

Pariri u informazzjoni jinstabu wkoll permezz tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u l-Ħelpdesk Orizzont 2020.