Għandek programm ta' mobilità ta’ riċerka (jew qed tippjana wieħed) u qed tfittex xi finanzjament addizzjonali biex tiżviluppah jew tagħtih dimensjoni internazzjonali? COFUND joffri fondi addizzjonali għal programmi ġodda jew eżistenti reġjonali, nazzjonali u internazzjonali biex jipprovdi dimensjoni internazzjonali u intersettorjali għat-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp tal-karriera. Programmi ta’ dottorat, kif ukoll programmi ta’ fellowship għal riċerkaturi ta’ esperjenza jistgħu jiġu appoġġjati.

Il-mobilità transnazzjonali tiftaħ orizzonti ġodda għar-riċerkaturi.

Min jista' japplika?

Din l-azzjoni hija maħsuba għal organizzazzjonijiet li jiffinanzjaw jew imexxu programmi ta' dottorat jew programmi ta' fellowship fir-riċerka.

Kull proposta COFUND għandu jkollha parteċipant waħdieni, li jista' jkun ministeru governattiv, awtorità reġjonali, aġenzija ta' finanzjament, università, organizzazzjoni ta' riċerka, akkademja ta' riċerka jew intrapriża.

Riċerkaturi tal-esperjenza japplikaw direttament mal-organizzazzjoni ta' finanzjament filwaqt li kandidati ta' dottorat jistgħu jsibu opportunitajiet ta' programmi kkofinanzjati fuq Euraxess.

Min jista' jiġi ffinanzjat?

L-oqsma ta' riċerka kollha jistgħu jiġu ffinanzjati ħlief dawk koperti mit-Trattat EURATOMpdf kif imsemmi fl-Artikolu 4 u l-Anness I.

Il-mobilità bejn il-fruntieri hija essenzjali. Il-mobbiltà transsettorjali hija mħeġġa wkoll.

X'ikopri l-finanzjament?

Individwi - kemm kandidati ta' dottorat u riċerkaturi bl-esperjenza - jiġu appoġġjati fit-taħriġ tar-riċerka u l-iżvilupp tal-karriera permezz tal-kofinanzjament.

Organizzazzjonijiet parteċipanti jirċievu ammont fiss għal kull riċerkatur appoġġjat bħala kontribuzzjoni għall-benefiċċju tal-għajxien tar-riċerkatur u l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-programm.

Il-programmi magħżula jirċievu kofinanzjament għal bejn tlieta u ħames snin sa mhux aktar minn €10 Mio.

Min jiddeċiedi?

Il-proġetti COFUND jintgħażlu permezz ta' kompetizzjoni miftuħa u evalwazzjoni trasparenti u indipendenti, bl-użu ta' serje ta' kriterji determinati minn qabel kif stipulati fil- u l- tiegħu.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa ta' proposti. Is-sejħiet miftuħa kollha u l-informazzjoni relatata bħall-Gwida għall-Applikanti u l-kriterji kollha tal-eliġibbiltà jinstabu fil-Portal tal-Parteċipanti.

Pariri u informazzjoni jinstabu wkoll permezz tal-Punti Nazzjonali ta' Kuntatt u l-Ħelpdesk Orizzont 2020.

 Czech success story

Meet our fellows

Thinking big: Czech success story

SoMoPro is a COFUND Marie Curie project, a regional grant programme backed by European funding set up to attract skilled researchers to the South Moravian Region. Read full storyEnglish (en)

Find more success storiesEnglish (en)