Mogħdija tan-navigazzjoni

Netwerks ta' Taħriġ Inizjali (ITN) - Marie Curie Actions fellowships

© European Union

Karriera fir-riċerka ma tiksibhiex kif ġieb u laħaq.Madankollu, ir-riċerkaturi żgħażagħ tal-lum huma vitali għall-futur tal-Ewropa.L-Azzjonijiet Marie Curie huma konxji ta' dan.Għalhekk, nixtiequ nagħmlu l-karrieri fir-riċerka aktar attraenti għaż-żgħażagħ.

In-Netwerks ta' Taħriġ Inizjali (ITN) tagħna joffru lir-riċerkaturi li għadhom jibdew l-opportunità li jtejbu l-ħiliet ta' riċerka tagħhom, jingħaqdu ma' timijiet stabbiliti ta' riċerka u jsaħħu l-prospetti ta' karriera tagħhom.

Min jista' japplika?

ITN b'bosta msieħba:
Fuq tlieta toqgħod il-borma.Ġeneralment, tal-inqas tliet parteċipanti jingħaqdu flimkien biex jipproponu programm koerenti għal ITN. Il-parteċipanti jistgħu jkunu universitajiet, ċentri ta' riċerka jew kumpaniji (kbar jew żgħar).

Rabta bejn in-negozju u l-akkademja:
Mill-2012, l-Azzjonijiet Marie Curie bdew joffru wkoll il-possibbiltà lill-kumpaniji u lill-istituzzjonijiet li jipproponu żewġ formats ġodda ta' taħriġ fil-grad ta' PhD "id-Dottorati Industrijali Ewropej" u l-"Programm ta' Dottorat Innovattiv". Il-prinċipju huwa sempliċi, li jissaħħu r-rabtiet bejn l-akkademja u l-industrija, filwaqt li jiġu żviluppati karrieri fir-riċerka li jikkombinaw l-eċċellenza xjentifika mal-innovazzjoni tan-negozju.

Dottorati Industrijali Ewropej (EID):
Fil-każ ta' EID, huma meħtieġa biss żewġ parteċipanti: parteċipant akkademiku wieħed u parteċipant wieħed mis-settur privat. Madankollu, waħda mill-kondizzjonijiet hija li r-riċerkatur għandu jkun irreġistrat fi programm ta' dottorat tal-parteċipant akkademiku. Ir-riċerkatur iqatta' wkoll mill-inqas 50 % ta' ħinu fis-settur privat.

Programmi ta' Dottorati Innovattivi (IDP):
Organizzazzjonijiet ta' riċerka individwali xi drabi jġibu appoġġ ITN. Parteċipanta waħda (università jew istituzzjoni ta' riċerka) toffri taħriġ ta' dottorat "innovattiv", jiġifieri b'dimensjoni internazzjonali, fis-settur pubbliku-privat u interdixxiplinarja. It-taħriġ jista' jitwettaq bil-parteċipazzjoni ta' msieħba assoċjati (universitajiet oħrajn, ċentri ta' riċerka, setturi privati, eċċ.)

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

Kwalunkwe qasam ta' riċerka fl-umanitajiet jew fix-xjenza jista' jikkwalifika għal finanzjament ITN – sakemm ikun hemm element ta' mobilità bejn il-fruntieri nazzjonali. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM (ir-riċerka nukleari) ma jistgħux jiġu ffinanzjati.  

X'ikopri l-finanzjament?

Il-parteċipanti tan-netwerk tiegħek jimpjegaw u jħaddmu riċerkaturi eliġibbli jew jospitawhom. Inti ser tipprovdi moduli ta' taħriġ speċjalizzat jew azzjonijiet dedikati oħrajn. L-applikazzjoni jrid ikollha element qawwi ta' netwerking transnazzjonali, bil-għan li tiġi strutturata l-kapaċità eżistenti ta' taħriġ inizjali fir-riċerka ta' livell għoli fl-Istati Membri tal-UE u l-Pajjiżi Assoċjati.

L-involviment ta' entitajiet kummerċjali privati fin-netwerk tiegħek huwa kkunsidrat essenzjali. Huwa jgħin fid-diversifikazzjoni tas-settings tat-taħriġ ta' riċerka tradizzjonali u fiż-żieda tal-impjegabbiltà tar-riċerkaturi reklutati.

Enfasi fuq oqsma interdixxiplinarji u supradixxiplinarji emerġenti ġodda tkun ta' vantaġġ għalik fil-proposta.

It-taħriġ irid ikun primarjament permezz ta' riċerka fuq proġetti individwali personalizzati, ikkumplimentati minn moduli ta' taħriġ sostanzjali f'ħiliet trasferibbli komuni għall-oqsma kollha. Is-suġġetti tat-taħriġ jistgħu jinkludu:

  • Il-ġestjoni u l-finanzjament ta' proġetti u programmi ta' riċerka
  • Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
  • Il-mezzi tal-isfruttar tar-riżultati tar-riċerka
  • L-intraprenditorija
  • L-aspetti etiċi
  • Il-komunikazzjoni u l-interazzjoni mas-soċjetà.

Iżda din il-lista ma hija bl-ebda mod eżawrjenti.

Il-finanzjament ITN jappoġġja:

  • Ir-reklutaġġ ta' riċerkaturi fl-ewwel ħames snin tal-karriera tagħhom għal taħriġ inizjali – ngħidu aħna, jistgħu jkunu qegħdin jistudjaw għal lawrja fir-riċerka (PhD jew l-ekwivalenti) jew ikunu qegħdin jagħmlu riċerka post-dottorali inizjali.
  • Attivitajiet ta' netwerking, attivitajiet ta' komunikazzjoni, sessjonijiet ta' ħidma jew konferenzi li jinvolvu persunal ta' riċerka mill-istabbilimenti ta' riċerka parteċipanti u riċerkaturi esterni.

L-ITNs qegħdin hemm għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi minn madwar id-dinja kollha. Ir-riċerkaturi appoġġjati minn ITN normalment jintalbu jagħmlu mobilità transnazzjonali (jiġifieri jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor) meta jieħdu l-kariga.

Il-proposti ta' suċċess jiġu ffinanzjati sa 4 snin. L-appoġġ ipprovdut min-netwerks lil riċerkaturi individwali jista' jkopri minn 3 sa 36 xhar għar-riċerkaturi li jkunu għadhom jibdew jew sa massimu ta' 24 xahar għar-riċerkaturi b'esperjenza.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti ITN jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

More sugar, less cancer

Meet our fellows

More sugar, less cancer

Project Cyclon, a Marie Curie Initial Training Networks, is working on the development of a sugar-based anti-cancer drug. Milo Malanga is part of that team.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa