Mogħdija tan-navigazzjoni

Skema Internazzjonali tal-Iskambju tal-Persunal tar-Riċerka (IRSES) - Marie Curie Actions

Il-mobilità tar-riċerka individwali ilha appoġġjata għal xi żmien mill-Azzjonijiet Marie Curie. Iżda kien hemm bżonn ta' xi ħaġa simili għall-organizzazzjonijiet tar-riċerka partikolarment għall-iskambji barra mill-Ewropa.

L-Iskema Internazzjonali tal-Iskambju tal-Persunal tar-Riċerka (IRSES) jimla dan in-nuqqas. Din tgħin lill-organizzazzjonijiet tar-riċerka jistabbilixxu jew isaħħu l-kooperazzjoni fit-tul ma' oħrajn, permezz ta' programm ta' skambju koordinat għall-persunal tagħhom.

Min jista' japplika?

Organizzazzjonijiet attivi ta' riċerka (pereż. universitajiet, ċentri ta' riċerka, eċċ) jistgħu jieħdu sehem fl-IRSES. Il-proposta tiegħek għandha tinkludi tal-anqas żewġ parteċipanti indipendenti f'tal-anqas żewġ Stati Membri tal-UE jew Pajjiżi Assoċjati differenti KIF UKOLL organizzazzjoni waħda jew aktar li tinsab jew f'pajjiżi li magħhom l-UE għandha ftehim S&T (ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika jew teknoloġika) jew f'pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Il-ftehimiet tal-UE tal-S&T jinsabu elenkati hawn:
http://ec.europa.eu/research/iscp/index.cfm?lg=en&pg=countries

Is-sit web tal-Politika Ewropea tal-Viċinat:
http://ec.europa.eu/world/enp/index_en.htm Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

Wieħed mill-imsieħba minn Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat fil-proġett tiegħek jaġixxi bħala l-koordinatur tiegħu.

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

Il-proposti huma aċċettati mill-oqsma kollha ta' riċerka xjentifika u teknoloġika li huma ta' interess għall-UE. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

X'ikopri l-finanzjament?

Għal kull membru tal-persunal minn Stat Membru tal-UE jew Pajjiż Assoċjat li joqgħod f'Pajjiż Terz eliġibbli, jitħallas benefiċċju fiss kull xahar li jkopri l-ispejjeż tal-mobilità (inklużi l-ispejjeż tal-ivjaġġar) mill-IRSES. Jistgħu jiġu koperti wkoll l-ispejjeż ta' żjarat ta' persunal minn ċerti Pajjiżi Terzi fl-Ewropa. Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiema ssekondati jridu jkomplu jieħdu s-salarju tagħhom u huma mistennija jirritornaw fl-organizzazzjoni tagħhom wara ż-żmien ta' mobilità.

programm ta' skambju tal-ħaddiema jista' jieħu appoġġ mill-IRSES għal perjodu ta' 24-48 xahar. Id-dewmien massimu ta' skambji individwali tal-persunal se jkun ta' 12-il xahar.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti IRSES jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

Researchers funded by Marie Curie Actions to tackle food quality and safety genetically

Meet our fellows

Researchers funded by Marie Curie Actions to tackle food quality and safety genetically

An international EU-funded partnership is leading the way in food quality and safety. Headed by the University of the West of England (UWE) in the UK, the project, which includes eight institutions from seven countries, studies the genetic aspects of food quality to improve safety standards.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa