Mogħdija tan-navigazzjoni

Għoti ta' Fellowships Internazzjonali għal riċerka barra mill-Ewropa għall-iżvilupp tal-karriera (IOF) - Marie Curie Actions

Ir-riċerkaturi Ewropej jistgħu jitgħallmu ħafna minn riċerka ta' livell għoli li jagħmlu f'partijiet oħra tad-dinja. L-għarfien li jiksbu f'Pajjiżi Terzi jista' mbagħad jinġieb lura biex jintuża fl-Ewropa.

Bħala inkoraġġiment għar-riċerkaturi Ewropej biex jiskopru aktar qasam partikolari (u mbagħad jerġgħu lura), l-Azzjonijiet Marie Curie joffru Fellowships Internazzjonali għal riċerka 'l hinn mill-Ewropa għall-Iżvilupp tal-Karriera (IOFs).

Min jista' japplika?

L-IOFs huma għar-riċerkaturi mill-Istati Membri tal-UE u l-Pajjiżi Assoċjati. Biex tapplika, irid ikollok jew dottorat jew tal-anqas 4 snin esperjenza full-time fir-riċerka, minn meta tkun ksibt il-lawrija li tippermettilek tibda dottorat. Iżda merħba wkoll lil dawk li għandhom aktar esperjenza . Din mhix se tagħmel differenza għall-opportunitajiet tiegħek li tikseb IOF.

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

Jiġu aċċettati proposti IOF mill-oqsma kollha ta' riċerka xjentifika u teknoloġika li huma ta' interess għall-UE. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

Xi jkopri l-finanzjament?

L-IOFs jiffinanzjaw taħriġ avvanzat. B'mod partikolari, dawn jinkludu salarju għar-riċerkatur u kontribuzzjoni għal spejjeż relatati mar-riċerka. L-appoġġ finanzjarju jista' jingħata sa 3 snin b'kollox. Dan jinkludi fażi ta' ħruġ ta' sena/sentejn f'Pajjiż Terzjarju. Iżda hemm ukoll fażi ta' riintegrazzjoni mandatorja. Fi kliem ieħor, tkun qed tintrabat li tiġi lura fi Stat Membru tal-UE jew f'Pajjiż Assoċjat.

L-organizzazzjoni li tkun qed tospitak trid tkun università, ċentru ta' riċerka jew intrapriża stabbilita u lokalizzata f'Pajjiż Assoċjat (għall-fażi tal-ħruġ) u oħra f'pajjiż tal-UE jew f'Pajjiż Assoċjat għall-fażi tar-ritorn).

L-attivitajiet ewlenin se jkunu bbażati fuq proġett ta' riċerka li għandek tħejji f'koordinazzjoni mal-organizzazzjoni li tospitak meta tiġi lura fl-Ewropa. Trid taqbel ukoll fuq pjan ta' żvilupp tal-karriera personali mal-kontrollur tiegħek fl-organizzazzjoni ospitanti fl-EU.

L-IOF għandu jiżviluppa u jwessa' ħafna l-kompetenzi tiegħek. B'mod partikolari, għandu jsaħħaħ l-għarfien espert multi jew inter-dixxiplinarju, l-esperjenza intersettorjali u l-ħiliet kumplementarji.

Il-fellowships jistgħu jinkludu:

  • Taħriġ permezz tar-riċerka taħt superviżjoni, permezz ta' proġett individwali personalizzat
  • Taħriġ fuq il-post biex tiżviluppa l-ħiliet xjentifiċi tiegħek (tekniki jew strumenti ġodda, eċċ) u l-ħiliet kumplementarji tiegħek (tħejjija tal-proposti biex tagħmel talba għal finanzjament, applikazzjonijiet għall-privattivi, ġestjoni tal-proġetti, koordinazzjoni tal-ħidmiet, superviżjoni tal-pesunal tekniku, eċċ).
  • Trasferiment tal-għarfien intersettorjali jew interdixxiplinarju.
  • Tiswir ta' kollaborazzjonijiet
  • Ġestjoni xjentifika u finanzjarja attiva tal-proġett ta' riċerka tiegħek
  • Żvilupp ta' ħiliet ta' organizzazzjoni permezz tal-organizzazzjoni tat-taħriġ jew id-disseminazzjoni tal-avvenimenti.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti IOF jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

Let the children roam free

Meet our fellows

Let the children roam free

A scientist supported by a Marie Curie International Outgoing Fellowship has found new evidence that a specific "asthma gene" is a cause of the respiratory condition in children.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa