Mogħdija tan-navigazzjoni

Fellowships Internazzjonali lejn l-Ewropa (IIF) - Marie Curie Actions

L-aqwa riċerkaturi mill-Pajjiżi Terzi huma mistiedna jaħdmu fuq proġetti fl-Ewropa. Dan jgħin biex tiżviluppa kooperazzjoni tar-riċerka bejn l-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja - għall-benefiċċju ta' kulħadd.

Il-Fellowships Internazzjonali lejn l-Ewropa (IIFs) huma fost l-Azzjonijiet Marie Curie maħsuba biex jinkoraġġixxu dawn l-iskambji.

Min jista' japplika?

Ir-riċerkaturi li jkunu ġejjin minn Pajjiżi Terzi lejn Stati Membri tal-UE jew Pajjiżi Assoċjati, huma eleġibbli għal IIF. Biex tapplika, irid ikollok jew dottorat jew tal-anqas 4 snin esperjenza full-time fir-riċerka, minn meta tkun ksibt il-lawrija li tippermettilek tibda dottorat. Dan hu l-minimu. Iktar ma jkollok esperjenza, inktar tkabbar iċ-ċans li tiġi aċċettat għal din l-azzjoni.

L-applikazzjoni tiegħek għal IIFtrid issir flimkien ma' organizzazzjoni jew istituzzjoni li tkun lesta tospitak fl-Ewropa. L-organizzazzjonijiet ospitanti jistgħu jkunu universitajiet, ċentri ta' riċerka jew kumpaniji.

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

L-oqsma kollha ta' riċerka xjentifika u teknoloġika li huma ta' interess għall-UE huma eliġibbli għall-finanzjament IIF. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

X'ikopri l-finanzjament?

Finanzjament IIF huwa provdut għal proġett ta' riċerka li jittrasferixxi l-għarfien lejn l-organizzazzjoni ospitanti tiegħek u li jibda jew isaħħaħ kollaborazzjonijiet bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja. Il-proġett ta' riċerka jippermettilek ukoll timxi 'l quddiem fil-karriera tiegħek. L-appoġġ finanzjarju huwa pprovdut għal 12-24 xahar (ekwivalenti għal full-time).

Il-finanzjament jippermettilek:

  • tingħaqad ma' tim ta' riċerka Ewropew li m'għandux l-esperjenza tiegħek
  • tistabbilixxi kollaborazzjoni permezz ta' proġett ta' riċerka mal-laboratorju tiegħek jew ma' pajjiżek
  • tikseb għarfien ġdid f'laboratorju Ewropew.

L-IIF tiegħek jista' jkopri wkoll fażi ta' ritorn ta' mhux aktar minn sena. Dan iż-żmien tqattgħu f'pajjiżek, waqt li tapplika l-esperjenza li tkun ksibt. Biex tikkwalifika għall-fażi tar-ritorn, trid tkun ġej minn xi wieħed mill-Pajjiżi Assoċjati għall-Kooperazzjoni Internazzjonali. Jekk tixtieq fażi tar-ritorn, trid tinkludi d-dettalji tagħha fl-applikazzjoni inizjali tiegħek. U trid tispeċifika l-organizzazzjoni ospitanti potenzjali tar-ritorn tiegħek fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti IIF jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

Xu Dong

Meet our fellows

Xu Dong

"I believe my research experience through this MCA grant will build up a solid foundation for my life-long research career."Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa