Mogħdija tan-navigazzjoni

Għoti ta' Fellowships Ewropej għall-iżvilupp tal-karriera (IEF) - Marie Curie Actions

© European Union

F'diversi stadji tal-karriera tagħhom, riċerkaturi b'esperjenza jistgħu jilqgħu l-opportunità li jiksbu ħiliet ġodda ta' riċerka jew li jesperjenzaw xogħol f'setturi oħra. Waqt li jkunu qed iwessgħu l-orizzonti tagħhom, ikunu qed jgħinu jwessgħu l-bażi tal-għarfien tal-Ewropa. Dan jagħmel l-ekonomija tagħna iktar kompetittiva, u waħda li tipprovdi aktar impjiegi ta' natura aħjar.

Għalhekk fl-Azzjonijiet Marie Curie, żviluppajna Fellowships Intra-Ewropej għall-Iżvilupp tal-Karriera (IEFs). Dawn għandhom l-għan speċifiku li jgħinu riċekaturi b'esperjenza jippruvaw qasam ġdid għal ftit taż-żmien.

Min jista' japplika?

Ir-riċerkaturi mill-Istati Membri tal-UE jew mill-Pajjiżi Assoċjati jistgħu japplikaw għal IEF. Biex tapplika, irid ikollok dottorat jew tal-anqas 4 snin esperjenza full-time fir-riċerka, minn meta tkun ksibt il-lawrija li tippermettilek tibda dottorat. Ġeneralment, trid twettaq il-proġett fl-organizzazzjoni ospitanti f'pajjiż tal-UE jew Pajjiż Assoċjat li ma jkunx art twelidek. Tingħata ukoll kunsiderazzjoni speċjali lil dawk li jkunu qed jirritornaw lejn karriera fir-riċerka wara brejk.

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

Il-proposti IEFhuma aċċettati mill-oqsma kollha ta' riċerka xjentifika u teknoloġika. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

X'ikopri l-finanzjament?

Il-finanzjament IEF huwa provdut għat-taħriġ avvanzat. Jista' jinkludi l-ksib ta' ħiliet ġodda u/jew komplimentari, u mobilità transnazzjonali. Il-proġett huwa bbażat fuq programm tal-iżvilupp tal-karriera personali miftiehem bejn ir-riċerkatur u l-kontrollur fl-organizzazzjoni ospitanti. L-appoġġ finanzjarju huwa pprovdut għal perjodu ta' 12-24 xahar (ekwivalenti għal full-time), għal proġetti individwali ppreżentati minn riċerkaturi b'esperjenza mill-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati flimkien ma' organizzazzjoni ospitanti minn Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat.

It-tipi ta' taħriġ jistgħu jinkludu:

  • Taħriġ permezz tar-riċerka taħt superviżjoni, permezz ta' proġett individwali personalizzat
  • Taħriġ fuq il-post biex tiżviluppa l-ħiliet xjentifiċi tiegħek (tekniki jew strumenti ġodda, eċċ) u l-ħiliet kumplementarji tiegħek (tħejjija tal-proposti biex tagħmel talba għal finanzjament, applikazzjonijiet għall-privattivi, ġestjoni tal-proġetti, koordinazzjoni tal-ħidmiet, superviżjoni tal-pesunal tekniku, eċċ).
  • Trasferiment tal-għarfien intersettorjali jew interdixxiplinarju.
  • Il-ħila li għall-ħolqien ta' kollaborazzjonijiet
  • Ġestjoni xjentifika u finanzjarja attiva tal-proġett ta' riċerka tiegħek
  • Żvilupp ta' ħiliet ta' organizzazzjoni permezz tal-organizzazzjoni tat-taħriġ jew id-disseminazzjoni tal-avvenimenti.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti IEF jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

Reaching for the stars

Meet our fellows

Reaching for the stars

The Intra European Fellowship HIFHZLENS project aimed at studying the formation and evolution of 'high redshift galaxies through gravitational telescopes'.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa