Mogħdija tan-navigazzjoni

Sħubiji u mogħdijiet bejn l-Industrija u l-akkademja (IAPP)

© ESRF

Ir-riċerka u n-negozju jridu jaħdmu id f'id. Għall-ġid tagħhom u tas-soċjetà. Biex tikkompeti fis-swieq dinjin, l-industrija tal-Ewropa teħtieġ il-frott mir-riċerka tiegħek. U int għandek bżonn ir-riżorsi addizzjonali li l-industrija tista' toffri.

Hu għalhekk li fi ħdan l-Azzjonijiet Marie Curie bnejna Sħubiji u Mogħdijiet bejn l-Industrija u l-Akkademja (IAPP). Jgħinu biex ir-riċerka pubblika u dik privata jaħdmu flimkien. L-imsieħba jinkludu universitajiet u kumpaniji ta' kull forma u daqs.

L-IAPPs jiffukaw fuq proġetti ta' riċerka konġunta u għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-iskambju tal-ħiliet bejn is-setturi kummerċjali u mhux kummerċjali.

Min jista' japplika?

Biex tikkwalifika għal IAPP, il-proposta tiegħek trid tinkludi università/ċentru ta' riċerka wieħed jew iktar u impriża waħda jew iktar. Min-naħa tan-negozju, il-parteċipazzjoni minn impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) hija mħeġġa. Għalhekk, jekk jiġu involuti ikun ta' vantaġġ għalik.

L-imsieħba kollha jingħaqdu flimkien u jipproponu proġett ibbażat fuq programm ta' kooperazzjoni konġunta. L-imsieħba industrijali jridu jkunu joperaw fuq bażi kummerċjali. Fi kliem ieħor, iridu jkunu kumpaniji li jaqilgħu il-biċċa kbira ta' flushom billi jikkompetu fis-suq. Iżda jistgħu jinkludu inkubaturi, negozji ġodda, bidu ta' negozji, kumpaniji tal-kapital tar-riskju, eċċ.

Il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri hija importanti ħafna wkoll. Biex tkun valida, proposta għal proġett IAPP għandha tiġi minn imsieħba f'tal-anqas żewġ Stati Membri tal-UE jew tal-anqas Stat Membru wieħed u Pajjiż Assoċjat. Jekk il-membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati jkunu rrappreżentati sew, jistgħu jippartċipaw ukoll imsieħba minn Pajjiżi Terzi.

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

Jintlaqgħu proposti mill-oqsma xjentifiċi u ta' riċerka teknoloġika ta' interess għall-UE mit-tim tal-IAPP. Il-proġett tiegħek għandu jippromwovi sħubija ta' riċerka strateġika, li tista' tiġi kkoordinata jew minn parteċipant kummerċjali jew wieħed mhux kummerċjali.

Din għandha tenfasizza wkoll fuq kooperazzjoni fit-tul. U għandha tiżgura l-użu sħiħ tal-ħiliet u s-sinerġiji kollha disponibbli fis-sħubija. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

X'ikopri l-finanzjament?

Proposti għal proġetti IAPP ta' suċċess jirċievu finanzjament ta' 100% għall-ispejjeż tax-xogħol. Jekk il-proġett tiegħek jintgħażel, tkun iffinanzjat għal 4 snin.

Dan biex jappoġġja:

  • L-iskambju tal-għarfien espert u l-esperjenza permezz ta' ssekondar bilaterali jew unilaterali tal-persunal tar-riċerka bejn l-imsieħba kummerċjali u mhux kummerċjali.
  • Ir-reklutaġġ ta' riċerkaturi b'esperjenza minn barra s-sħubija, għall-involviment fit-trasferiment tal-għarfien u/jew tat-taħriġ tar-riċerkaturi.
  • Netwerking, workshops u konferenzi* li jinvolvu riċerkaturi esterni u l-persunal tar-riċerka tal-imsieħba stess.

Il-programm IAPP huwa dwar sħubiji strateġiċi b'saħħithom. Ifittex taqsim tal-għarfien immirat fit-tul u ċaqliq tal-persunal bejn l-imsieħba tas-settur pubbliku u privat.

Min jiddeċiedi?

L-aħjar proposti IAPP jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

Radiography of the Past

Meet our fellows

Radiography of the Past

The Marie Curie Industry-Academia Partnerships and Pathways project RADIO-PAST, studies "non-destructive" approaches to complex archaeological sites.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa