Mogħdija tan-navigazzjoni

Kofinanzjament ta' programmi reġjonali, nazzjonali u internazzjonali (COFUND)

© European Union

Il-mobilità transnazzjonali tiftaħ orizzonti ġodda għar-riċerkaturi.

Biex jinkoraġġixxu ċ-ċaqliq bejn fruntiera u oħra, l-Azzjonijiet Marie Curie joffru finanzjament addizzjonali għal programmi ta' fellowships reġjonali u nazzjonali eżistenti jew ġodda għat-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp tal-karriera. Din l-iskema COFUND tista' tappoġġja u ssaħħaħ ukoll programmi internazzjonali eżistenti jew ġodda.

Min jista' japplika?

L-applikanti għall-finanzjament COFUND iridu jkunu entitajiet pubbliċi jew privati responsabbli mill-finanzjament u l-ġestjoni ta' fellowships jew programmi ta' taħriġ fir-riċerka . Jistgħu jkunu ministeri, akkademji jew aġenziji fir-riċerka, organizzazzjonijiet internazzjonali jew entitajiet oħra b'missjoni pubblika bħal universitajiet.

Liema suġġetti jistgħu jiġu kofinanzjati?

L-oqsma kollha ta' riċerka u taħriġ fir-riċerka huma eliġibbli għal COFUND, sakemm ikun involut element ta' ċaqliq bejn il-fruntieri. Il-programmi COFUND ikopru bosta oqsma ta' riċerka jekk mhux kollha jew jistgħu jkunu ristretti għal qasam speċifiku. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

X'ikopri l-finanzjament?

Il-parteċipant għal COFUND jissottomettu proposti multi-annwali għal fellowships/programmi ta' taħriġ fir-riċerka speċifiċi għall-kofinanzjament. Dawn il-programmi għandhom ikunu miftuħa għal riċerkaturi b'esperjenza u jridu jinkludu tal-anqas forma waħda ta' mobilità transnazzjonali, bħall-mobilità minn jew 'il barra mill-Ewropa tar-riċerkaturi jew azzjoni li terġa' tirreintegrahom f'impjieg fir-riċerka fl-Ewropa. Il-programmi eleġibbli jiġu kkofinanzjati għal 40% tal-ispejjeż tal-fellowship b'kontribuzzjoni massima mill-UE ta' €10 miljun għal kwalunkwe organizzazzjoni f'kull sejħa. Il-programmi magħżula jiġu kkofinanzjati għal bejn 24 u 60 xahar.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti COFUND jintgħażlu permezz ta' eżami trasparenti u indipendenti. Il-Kriterji li jiġu eżaminati waqt l-evalwazzjoni jinkludu: enfażi fuq il-kwalità tal-proċess tal-evalwazzjoni għall-għażla tal-fellows f'termini ta' trasparenza u trattament ugwali tal-applikanti, il-kwalità tal-eżami, il-kapaċità tal-ġestjoni, il-faċilità tal-użu tal-proċess tal-applikazzjoni u l-benefiċċju tal-programm f'termini ta' żvilupp ta' karriera għar-riċerkaturi li jipparteċipaw.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

Thinking big: Czech success story

Meet our fellows

Thinking big: Czech success story

SoMoPro is a COFUND Marie Curie project, a regional grant programme backed by European funding set up to attract skilled researchers to the South Moravian Region.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa