Mogħdija tan-navigazzjoni

Għotjiet għall-Integrazzjoni tal-Karrieri jew CIG (Career Integration Grants)

Kull ma' jmur, l-ekonomija tagħna msejsa fuq l-għarfien qed tiżviluppa u tikber, u l-aqwa riċerkaturi Ewropej li qed jaħdmu fi bnadi oħra tad-dinja issa qed jaraw prospetti brillanti ta' karriera lura fl-Ewropa.

Din hija mossa tajba għalihom u aħbar tajba għall-Ewropa. Iżda xi drabi jkunu jeħtieġu ftit għajnuna biex jitilgħu s-sellum tal-karriera Ewropew. Il-Fondi għar-Riintegrazzjoni Internazzjonali (IRGs) ta' Marie Curie jilħqu dan il-bżonn.

Min jista' japplika?

L-applikanti CIGiridu jkunu riċerkaturi b'esperjenza minn kwalinkwe pajjiż fid-dinja, b'tal-anqas 4 snin esperjenza full-time fir-riċerka jew irid ikollhom dottorat. Trid tkun ħadt sehem attiv fir-riċerka, iżda ma tistax tkun ħdimt fil-pajjiż tal-organizzazzjoni li tospitak għal aktar minn tnax-il xahar f'dawn l-aħħar tliet snin. Appart minn hekk, ma tistax tkun ħadt xi Għotja Ewropea jew ta' Riintegrazzjoni Internazzjonali (ERG jew IRG) qabel u lanqas minn Għotja ta' Integrazzjoni tal-Karriera.

Liema suġġetti jistgħu jiġu ffinanzjati?

Il-proposti CIGhuma aċċettati mill-oqsma kollha ta' riċerka xjentifika u teknoloġika. Iżda hemm eċċezzjoni waħda: l-oqsma ta' riċerka koperti mit-Trattat tal-EURATOM ma jistgħux jiġu ffinanzjati.

X'ikopri l-finanzjament?

Il-fond għal għotja ta' integrazzjoni tal-karriera huwa kontribuzzjoni b'rata fissa għall-ispejjeż tar-riċerka tiegħek. Dawn jistgħu, ngħidu aħna, jinkludu l-ispejjeż tas-salarju tar-riċerkatur jew persunal ieħor impjegat għall-proġett, l-ispejjeż tal-ivjaġġar, l-oġġetti ta' konsum, l-ispejjeż tal-privattivi u l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni. L-għotja tkopri perjodu ta' bejn 2 u 4 snin u trid tintuża f'dan il-perjodu. Jekk l-applikazzjoni għall-fond tiegħek tirnexxi, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi ftehim ta' għotja mal-organizzazzjoni ospitanti tiegħek fl-Ewropa. Min ikun qed jospitak imbagħad jipprovduk b'kuntratt ta' xogħol (jekk ma jkollokx wieħed), skont liema kuntratt ikunu mistennijja jħallsuk is-salarju u jiżguraw l-integrazzjoni tiegħek għall-inqas għaż-żmien kollu tal-għotja. L-organizzazzjoni ospitanti trid tkun università, ċentru ta' riċerka jew impriża fi Stat Membru tal-UE jew Pajjiż Assoċjat.

Min jiddeċiedi?

Il-proposti CIG jintgħażlu f'kompetizzjoni miftuħa. L-għażla ssir permezz ta' eżami bejn il-pari trasparenti u indipendenti, ibbażat fuq l-eċċellenza bl-użu ta' serje ta' kriterji ddeterminati minn qabel.

Kif tapplika?

Il-proposti jridu jintbagħtu b'rispons għal sejħa għall-proposti. Is-sejħiet jistgħu jinstabu u l-proposti jintbagħtu fuq il-Portal tal-parteċipanti. Tista' ssib lista ta' sejħiet miftuħa għal Azzjonijiet Marie Curie flimkien ma' pariri siewja taħt it-taqsima "Applika issa" ta' dan is-sit web.

A new life for polluted water

Meet our fellows

A new life for polluted water

With the help of Marie Curie Actions, scientists in Poland have discovered that it is easy to clean and treat polluted water for extraction of valuable chemicals, such as those used in the production of drugs.Read full storyEnglish (en)

Choose high-contrast version Set page to normal font size Increase font size by 200 percent Send this page to a friend print this page

How to apply
Participant Portal – check Marie Curie Actions calls & submit your proposal (electronic submission service).
FAQ

Sejħiet miftuħa