Avviż legali importanti u lingwi
Kuntatt   |   Fittex f' EUROPA   
IL-KONKORS TAL-UE
GĦAL XJENZJATI
ŻGĦAŻAGĦ
+ Home
+ Vetrina għar-riċerkaturi tal-futur
+ Il-Parteċipanti
+ L-Avveniment
+ ll-Ġurija
+ Il-Premjijiet
+ X’jiġri mbagħad?
+ Ir-rebbieħa – fi kliemhom stess
+ Biex tkun taf aktar!
image image
Bullet
image

X’jiġri mbagħad?

Għal ħafna mir-rebbieħa, li tkun rebbieħ tal-Konkors tal-UE għal Xjenzjati Żgħażagħ jimmarka l-ewwel pass fit-triq lejn karriera ta’ suċċess

Lina Tomasella, l-Italja

L-Ewwel Premju, 1989

Proġett: It-tossiċità taż-żebgħa tal-kulur użata bħala metodu ta’ traċċar
Wara s-suċċess li kisbet fil-konkors, Lina studjat il-fiżika fl-università u eventwalment marret taħdem fil-missjoni spazjali Rosetta tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Lina tgħid li lpremju taha kunfidenza fiha nnifisha. ‘Għal din ir-raġuni komplejt naħdem biex nilħaq l-għan tiegħi li fil-futur inkun riċerkatriċi,’ ikkummentat Lina.

Graham Miller, ir-Renju Unit

It-Tieni Premju, 1990

Proġett: L-investigazzjoni taż-żjut użati fil-manifattura tas-sapun
Il-proġett ta’ Graham ġibed l-attenzjoni tal-kumpanija Unilever. Huma sponsorjawh tul l-istudji universitarji tiegħu, u wara li ggradwa, impjegawh. Graham qal, ‘Il-Konkors tal- UE huwa avveniment prestiġjuż u huwa miżmum fi stima għolja minn min iħaddem.’

Gergely Eberhardt, l-Ungerija

It-Tielet Premju, 1995

Proġett: Programm li jirrikonoxxi virus u li jipprevjeni l-infezzjoni fil-kompjuter
Wara l-konkors, Gergely ipperfezzjona l-programm tiegħu u rebaħ għadd ta’ premjijiet oħra għal xogħolu. Wara li ggradwa fil-kitba tas-softwer, huwa beda karriera mal-akbar kumpanija Ungeriża ta’ programmi antivirus.

Fuq

  page 1 page 2 page 3 page 4 page 5 page 6 page 7 page 8
illustration