Avviż legali importanti u lingwi
Kuntatt   |   Fittex f' EUROPA   
IL-KONKORS TAL-UE
GĦAL XJENZJATI
ŻGĦAŻAGĦ
+ Home
+ Vetrina għar-riċerkaturi tal-futur
+ Il-Parteċipanti
+ L-Avveniment
+ ll-Ġurija
+ Il-Premjijiet
+ X’jiġri mbagħad?
+ Ir-rebbieħa – fi kliemhom stess
+ Biex tkun taf aktar!
image image
Bullet
image

Il-Premjijiet

Hemm għadd kbir ta’ premjijiet disponibbli waqt il-konkors. Minbarra l-premjijiet ewlenin hemm ukoll għadd ta’ premjijiet speċjali mogħtija minn organizzazzjonijiet Ewropej involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-premjijiet ewlenin

  • L-ewwel tliet premjijiet ta’ EUR 7000 kull wieħed
  • It-tieni tliet premjijiet ta’ EUR 5000 kull wieħed
  • It-tielet tliet premjijiet ta’ EUR 3500 kull wieħed

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tagħti Premju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, b’valur ta’ EUR 5000, għall-aqwa proġett minn tim ta’ pajjiż mhux Ewropew.

Premjijiet oħra

  • Vjaġġ għas-Seminar Internazzjonali tax-Xjenza taż-Żgħażagħ fi Stokkolma, li jinkludi l-attendenza għaċ-ċerimonji tal-Premju Nobel
  • Vjaġġ għall-Forum Internazzjonali tax-Xjenza taż-Żgħażagħ f’Londra
  • Żjara ta’ ħamest ijiem fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fi Munich, il-Ġermanja
  • Żjara ta’ ġimgħa f’uħud miċ-ċentri ta’ riċerka ewlenin tal-Ewropa:
    • CERN (l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Nukleari)
    • EFDA (il-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni)
    • EMBL (il-Laboratorju Ewropew tal-Bijoloġija Molekolari)
    • ESA (l-Aġenzija Spazjali Ewropea)
    • EESO (l-Organizzazzjoni Ewropea għar-Riċerka Astronomika fl-Emisfera tan-Nofsinhar)
    • ESRF (il-Faċilità Ewropea tar-Radjazzjoni Synchroton)
    • ILL (l-Istitut Laue Langevin)

Fl-aħħar nett, il-pajjiż ospitanti spiss jagħti premju speċjali wkoll.

Fuq

  page 1 page 2 page 3 page 4 page 5 page 6 page 7 page 8