Avviż legali importanti u lingwi
Kuntatt   |   Fittex f' EUROPA   
IL-KONKORS TAL-UE
GĦAL XJENZJATI
ŻGĦAŻAGĦ
+ Home
+ Vetrina għar-riċerkaturi tal-futur
+ Il-Parteċipanti
+ L-Avveniment
+ ll-Ġurija
+ Il-Premjijiet
+ X’jiġri mbagħad?
+ Ir-rebbieħa – fi kliemhom stess
+ Biex tkun taf aktar!
image image
Bullet
image

L-Avveniment

L-avveniment ta’ ġimgħa, li jsir f’belt Ewropea differenti kull sena, huwa ċelebrazzjoni tassew tat-talenti tax-xjenzjati żgħażagħ.

Fil-post tal-avveniment, kull tim parteċipant jingħata stand f’żona ta’ esibizzjoni biex juri r-riżultati tiegħu lillġurija u viżitaturi oħrajn. Matul il-ġimgħa, il-membri tal-ġurija jżuru l-istands u jagħmlu mistoqsijiet lill-parteċipanti dwar ir-riċerka tagħhom, ir-riżultati tagħhom u l-konklużjonijiet tagħhom. Il-mistoqsijiet spiss jidħlu f’dettall kbir, u l-esperjenza tkun aktar diffiċli għal ħafna studenti minħabba li l-intervisti jsiru kollha bl-Ingliż.

Esperjenza li ma tintesiex

Il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti qatt ma ppreżentaw ix-xogħol tagħhom f’sitwazzjoni internazzjonali, u għal uħud, il-vjaġġ għall-belt tal-konkors huwa wkoll l-ewwel vjaġġ tagħhom barra minn pajjiżhom.

Filwaqt li ħafna mill-ġimgħa tkun iddedikata għall-proċess tal-ġurija, ikun hemm ħin biżżejjed biex il-parteċipanti jsiru jafu lil xulxin, kemm waqt l-esibizzjoni u kemm permezz ta’ programm soċjali mimli li jinkludi żjajjar turistiċi, ikliet u parties. B’dan il-mod, il-ħbiberiji li jinbtu jistgħu jtulu għall-ħajja kollha.

Okkażjoni sabiħa oħra għax-xjenzjati żgħażagħ hija l-opportunità li jqattgħu ħin mal-ħafna riċerkaturi ta’ esperjenza li jżuru l-esibizzjoni u li jkunu ħerqana li jiltaqgħu malġenerazzjoni ta’ xjenzjati li jmiss.

Il-ġimgħa tilħaq il-qofol tagħha f’ċerimonja mill-aqwa għall-għoti tal-premjijiet; dawn jingħataw minn dinjitarji għolja kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll millpajjiż ospitanti.

Fuq

  page 1 page 2 page 3 page 4 page 5 page 6 page 7 page 8
illustration