Avviż legali importanti u lingwi
Kuntatt   |   Fittex f' EUROPA   
IL-KONKORS TAL-UE
GĦAL XJENZJATI
ŻGĦAŻAGĦ
+ Home
+ Vetrina għar-riċerkaturi tal-futur
+ Il-Parteċipanti
+ L-Avveniment
+ ll-Ġurija
+ Il-Premjijiet
+ X’jiġri mbagħad?
+ Ir-rebbieħa – fi kliemhom stess
+ Biex tkun taf aktar!
image image
Bullet
image

Il-Parteċipanti

Il-parteċipanti fil-Konkors tal-UE għal Xjenzjati Żgħażagħ diġà huma rebbieħa! Biex jidħlu għall-konkors, il-parteċipanti jridu jkunu diġà rebħu kompetizzjoni għal xjenzjati żgħażagħ fuq livell nazzjonali. Dan l-istandard għoli jpoġġi lill-Konkors tal-UE għal Xjenzjati Żgħażagħ lil hinn minn kompetizzjonijiet simili.

Tkun permessa parteċipazzjoni kemm minn individwi u kemm minn timijiet żgħar sa 3 persuni, u l-istudenti jrid ikollhom bejn 14 u 21 sena.

Bosta mill-parteċipanti huma mill-Ewropa, iżda f’dawn l-aħħar snin il-konkors ġibed ukoll studenti minn pajjiżi aktar imbiegħda fosthom l-Istati Uniti tal-Amerika, iċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġappun.

Il-proġetti ta’ dawn ir-riċerkaturi żgħażagħ ikopru d-dixxiplini xjentifiċi kollha. Matul is-snin, ilparteċipazzjonijiet rebbieħa indirizzaw firxa wiesgħa ta’ suġġetti differenti u xi drabi anke mhux tas-soltu, inklużi s-sistema ta’ awtodifiża tal-pjanti, il-kriptografija, l-aerodinamika tal-blalen tat-table tennis u mediċini immunosuppressanti, biex insemmu xi ftit minnhom.

Iżda minkejja l-isfondi varjati tagħhom, il-parteċipanti kollha kellhom xi ħaġa komuni bejniethom: passjoni kbira għax-xjenza. F’xi każijiet, il-kurżità tagħhom kienet imqanqla minn passatemp, filwaqt li oħrajn kienu mmotivati minn xewqa li jsolvu problema lokali, reġjonali jew saħansitra globali. Ħafna oħrajn kienu ispirati minn osservazzjoni li għamlu b’kumbinazzjoni li wasslet għal mewġa ta’ mistoqsijiet.

Fuq

  page 1 page 2 page 3 page 4 page 5 page 6 page 7 page 8