Avviż legali importanti u lingwi
Kuntatt   |   Fittex f' EUROPA   
IL-KONKORS TAL-UE
GĦAL XJENZJATI
ŻGĦAŻAGĦ
+ Home
+ Vetrina għar-riċerkaturi tal-futur
+ Il-Parteċipanti
+ L-Avveniment
+ ll-Ġurija
+ Il-Premjijiet
+ X’jiġri mbagħad?
+ Ir-rebbieħa – fi kliemhom stess
+ Biex tkun taf aktar!
image image
Bullet
image

Vetrina għar-riċerkaturi tal-futur

L-UE nediet il-Konkors għal Xjenzjati Żgħażagħ lura fl-1989, bl-għan li tinkoraġġixxi ż-żgħażagħ jinvolvu rwieħhom fix-xjenza u eventwalment jaqbdu karriera fir-riċerka.

Minn dakinhar kull sena, riċerkaturi żgħażagħ minn 14 sa 21 sena minn madwar l-Ewropa kollha u lil hinn minnha jiltaqgħu flimkien biex jippreżentaw ix-xogħol tagħhom u jikkompetu għall-ogħla premjijiet. Il-parteċipanti kollha diġà rebħu premjijiet prestiġjużi fix-xjenza fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, għalhekk dan il-konkors internazzjonali joffri kompetizzjoni kbira għax-xjenzjati żgħażagħ fid-dinja.

L-avveniment joffri wkoll lill-parteċipanti opportunità mill-aqwa biex isiru jafu xjenzjati żgħażagħ oħra u jiddiskutu x-xogħol tagħhom ma’ wħud mill-aqwa riċerkaturi fid-dinja, inklużi rebbieħa tal-Premju Nobel.

Esperjenza prattika

Il-Konkors tal-UE għal Xjenzjati Żgħażagħ jenfasizza l-valur tal-edukazzjoni xjentifika bbażata fuq it-tiftix. Il-parteċipanti żgħażagħ ilkoll għaddew mill-proċess li jagħmlu mistoqsijiet, jagħmlu osservazzjonijiet, ifasslu esperimenti, jevalwaw riżultati u jaslu għal konklużjonijiet.

Fuq

  page 1 page 2 page 3 page 4 page 5 page 6 page 7 page 8