Banner Riċerka Avviż legali importanti u lingwi
   
Kuntatt   |   Fittex f' EUROPA   
Is-Sigurtà ta’ l-ikel fl-Ewropa
element grafiku Home
element grafiku Sfond
element grafiku Traċċabilità
element grafiku Kontroll tal-kwalità
element grafiku Mikrobijoloġija
element grafiku Azzjonijiet futuri
element grafiku Aktar informazzjoni
   
image image
element grafiku Proġetti tematiċi oħra

 

image

Sfond

Is-sigurtà ta’ l-ikel fuq nett tal-bżonnijiet tar-riċerka

Fl-Ewropa, illum, aħna nistgħu nqisu ruħna b’xortina. Fi żmien ġenerazzjoni, id-dieti tagħna saru aktar varjati u differenti, b’ingredjenti u platti minn madwar il-kontinent u mid-dinja kollha. L-ikel fuq il-platti tagħna qatt ma kien ħieles mill-periklu daqs kemm hu bħalissa, b’għodda ta’ teknoloġija avvanzata għall-kontroll tal-kwalità li tikkumplimenta leġiżlazzjoni stretta fuq livell Ewropew u nazzjonali.

Madankollu, matul dawn l-aħħar snin, kien hemm serje ta’ problemi marbuta ma’ l-ikel – inkluża l-mad cow disease (BSE), id-dijossini u s-salmonella – u dawn heżżu l-fiduċja tal-konsumatur. Minn dak iż-żmien, il-Kummissjoni Ewropea ħadmet bis-sħiħ biex terġa’ tikseb il-fiduċja tal-konsumatur u biex tipproteġi s-saħħa pubblika.

Fiduċja fil-katina ta’ l-ikel

L-UE u l-Istati Membri huma impenjati li jiżguraw li l-ikel li jieklu ċ-ċittadini Ewropej huwa, kemm jista’ jkun, ħieles mill-periklu u bnin. Dan jeħtieġ strateġija olistika li tiġbor fiha l-katina sħiħa ta’ l-ikel mill-‘furketta sar-razzett’.

Dan jeħtieġ kooperazzjoni xjentifika u leġiżlattiva effiċjenti u effettiva li tmur lil hinn mill-fruntieri. Fil-fatt, il-kwalità u s-sigurtà żdiedu u saru settur sinifikanti fir-riċerka Ewropea u fil-produzzjoni ta’ l-ikel. Dan hu wieħed mis-seba’ prijoritajiet tematiċi fis-Sitt Programm Kwadru ta’ l-UE preżenti (FP6 2002-2006) u għandu jsir komponent importanti tal-FP7 futur (2007-2013).

Dan il-fuljett jintroduċi parti mir-riċerka importanti li l-Unjoni Ewropea qed tiffinanzja f'dan il-qasam ferm importanti tas-sigurtà ta’ l-ikel.

Informazzjoni dwar l-UE wara t-tkabbir

  • Il-popolazzjoni ta’ l-Unjoni żdiedet għal 454 miljun minn 380 miljun
  • In-numru ta’ bdiewa żdied b’10 miljuni għal 17-il miljun
  • L-industrija Ewropea ta’ l-ikel u tax-xorb għandha dħul annwali ta’ madwar €800 biljun u tħaddem 4.1 miljun persuna
  • Il-familji Ewropej jonfqu madwar 13% ta’ l-infiq medju tagħhom fuq l-ikel
  • Is-Sitt Programm Kwadru ta’ l-UE (FP6) qed jinvesti €750 miljun fir-riċerka dwar il-kwalità u s-sigurtà ta’ l-ikel
Top

 

  page 1 page 2 page 3 page 4 page 5 page 6
element grafiku