Il-Kummissjoni Ewropea

FP7 in Brief illustration from FP7 in Brief brochure Kif tinvolvi ruħek fis-Seba’
Programm Kwadru ta’ l-UE għar-Riċerka

Min jista’ japplika?

Liema tipi ta’ parteċipanti?

Il-parteċipazzjoni fil-PK7 hija miftuħa għal firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet u individwi:

  • gruppi ta’ riċerka f’universitajiet jew istituti ta’ riċerka;
  • kumpaniji li għandhom il-ħsieb li jagħmlu innovazzjoni;
  • intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs);
  • assoċjazzjonijiet jew gruppi ta’ SMEs;
  • amministrazzjoni pubblika jew governattiva (lokali, reġjonali jew nazzjonali);
  • riċerkaturi fl-ewwel stadju (studenti li qegħdin isegwu studji postgraduate);
  • riċerkaturi b’esperjenza;
  • istituzzjonijiet li jmexxu infrastrutturi ta’ riċerka ta’ interess transnazzjonali;
  • organizzazzjonijiet u riċerkaturi minn pajjiżi terzi;
  • organizzazzjonijiet internazzjonali;
  • organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Il-lista t’hawn fuq hija biss indikattiva u mhux kompluta.

Japplikaw regoli ta’ parteċipazzjoni differenti, skond l-inizjattiva tar-riċerka involuta.

Minn liema pajjiżi?

Bħala prinċipju ġenerali, il-PK7 huwa miftuħ għal parteċipazzjoni minn kwalunkwe pajjiż fid-dinja. Il-proċeduri għall-parteċipazzjoni u l-possibbiltajiet ta’ finanzjament huma differenti għal gruppi differenti ta’ pajjiżi.

Naturalment, l-Istati Membri ta’ l-UE jgawdu minn l-ikbar firxa ta’ drittijiet u aċċess għal finanzjament. Japplikaw eżattament l-istess kondizzjonijiet bħal ta’ l-Istati Membri għal pajjiżi assoċjati mal-PK7 (pajjiżi li jħallsu sehem għall-baġit ġenerali tal-PK7). Fil-PK6, dawn il-pajjiżi kienu jinkludu l-pajjiżi taż-ŻEE (l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Lichtenstein), il-pajjiżi kandidati (eż it-Turkija, il-Kroazja), kif ukoll Iżrael u l-Iżvizzera.

Grupp ieħor importanti huma l-Pajjiżi Msieħba fil-Koperazzjoni Internazzjonali (eż. ir-Russja u stati oħra ta’ l-Ewropa tal-Lvant u ta’ l-Asja Ċentrali, pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, pajjiżi Mediterranji msieħba, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent). Parteċipanti minn dawn il-pajjiżi huma intitolati għal finanzjament taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ Stati Membri ta’ l-UE. L-unika restrizzjoni għalihom hija li l-konsorzji l-ewwel irid ikollhom in-numru minimu meħtieġ ta’ parteċipanti minn Stati Membri jew pajjiżi assoċjati.

Parteċipazzjoni minn pajjiżi industrijalizzati bi dħul għoli hija wkoll possibbli fuq il-bażi ta’ awtofinanzjament, bil-finanzjament mill-UE mogħti biss f’każijiet eċċezzjonali.

Koperazzjoni ma’ “pajjiżi terzi” hija inkoraġġita b’mod espliċitu fil-PK7.

Hawnhekk japplikaw żewġ għanijiet partikolari:

  • sabiex tkun appoġġjata l-kompetittività Ewropea f’oqsma magħżula permezz ta’ sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi terzi, u inizjattivi li jinkoraġġixxu l-aqwa xjenzjati minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu fi u ma’ l-Ewropa;
  • sabiex jiġu indirizzati problemi speċifiċi li jew għandhom karattru globali jew qegħdin jiġu ffaċċjati spiss minn pajjiżi terzi, fuq il-bażi ta’ interess reċiproku u benefiċċju reċiproku.

Fl-aħħarnett, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pajjiżi terzi, il-PK7 jaħseb ukoll għal boroż ta’ studju għall-Ewropa jew għal barra mill-Ewropa sabiex titrawwem il-kollaborazzjoni ma’ gruppi ta’ riċerka barra mill-Ewropa.

cover of the brochure
(~1.3 MB)
 
Fuq