Il-Kummissjoni Ewropea

FP7 in Brief illustration from FP7 in Brief brochure Kif tinvolvi ruħek fis-Seba’
Programm Kwadru ta’ l-UE għar-Riċerka

Fejn nista’ nikseb aktar għajnuna jew informazzjoni?

  • Mur għand il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) ta’ l-UE f’pajjiżek, fejn jingħataw pariri lil applikanti potenzjali għal finanzjament għal riċerka ta’ l-UE fil-pajjiż tiegħek. L-NCPs, li lkoll għandhom għarfien dwar il-bosta temi tal-PK7, huma mwaqqfa f’kull Stat Membru u fil-pajjiżi assoċjati mal-Programmi Kwadru tar-Riċerka. Ara l-lista ta’ l-indirizzi ta’ l-NCPs f’dan is-sit: cordis.europa.eu/fp7/get-support_en.html
  • Għal sejħiet partikolari, l-ewwel iċċekkja l-Gwida għall-Applikanti dettaljata, li hija inkluża fid-dokumentazzjoni tas-sejħa.
  • Ikkonsulta l-websajt iddedikat għall-PK7 fuq CORDIS f’dan l-indirizz: cordis.europa.eu/fp7/
    Dan is-sit fih ħafna informazzjoni dwar il-PK7, inklużi aġġornamenti bl-aħħar informazzjoni, kalendarju ta’ sejħiet għal proposti, it-test tas-sejħiet, mistoqsijiet l-aktar frekwenti (FAQs), u aktar.
  • Żur is-sezzjoni tal-PK7 fil-websajt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, f’dan l-indirizz: site, at ec.europa.eu/research/fp7/. Dan is-sit fih fuljetti qosra sempliċi li tista’ tniżżilhom, li jispjegaw il-PK7 fi 23 lingwa differenti.
  • Ikkuntattja lis-Servizz ta’ Informazzjoni dwar ir-Riċerka (Research Enquiry Service) apposta, li jista’ jassisti lil kull min huwa ġdid għall-parteċipazzjoni fir-riċerka fil-Programm Kwadru, fuq: ec.europa.eu/research/enquiries

Għal mistoqsijiet ġenerali dwar l-Unjoni Ewropea, tista’ tikkuntattja lill-Europe Direct jew permezz tal-Freephone Uniku (00 800 6 7 8 9 10 11) minn kwalunkwe Stat Membru, jew permezz tan-numru bi ħlas (+32-2-299 96 96) minn madwar id-dinja.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-Riċerka Fl-UE, il-PK7 u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka:
www:ec.europa.eu/research/fp7/
www:ec.europa.eu/research/enquiries
www:cordis.europa.eu/fp7/
www:erc.europa.eu

cover of the brochure
(~1.3 MB)
 
Fuq